Is-Sbatax-il Ħadd matul is-Sena
Sena Liturġika B
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
-
Nhar il-Ħamis 2 t’Awissu hija l-festa tal-Porzjunkola. Hemmhekk San Franġisk kellu dehra ta’ Ġesu’ u l-Madonna imdawwrin mill-anġli. Huma staqsewh x’jixtieq bħala grazzja u San Franġisk wieġeb: jien nixtieq li kull min izur il-kappella, jindem u jqerr u jieħu sehem fil-quddiesa, ikollu l-maħfra tad-dnubiet kollha. Din l-indulġenza għal bidu kienet riservata għall-kappella biss, imma maż-żmien din infirxet fil-knejjes kollha tal-Franġiskani u aktar tard fil-Parroċċi kollha. Għalhekk inħeġġiġkom biex bejn nofs in-nhar tal-Erbgħa 1 t’ Awwissu u nofs il-lejl tat-2 t’ Awwissu nersqu lejn il-qrar u t-tqarbin u nitolbu il-Kredu u skond l-intenzjoni tal-Papa tagħna biex hekk naqilgħu l-indulġenza.
-
Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
-
Il-Ħadd li ġej huwa l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk il-ġbir ikun għall-ispejjez tal-Knisja. Kif rajtu bħalissa qed induru l-lanterna minn barra biex kif titlesta, nibdew il-proġett minn ġewwa. Il-ħsara hija estensiva imma x-xogħol miexi ġmielu.