Ir-Raba’ Ħadd matul is-Sena
– Sena Liturġika B
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
-
Dawk il-ġenituri li għandhom it-tfal se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena, għandhom jiġu jirreġistrawhom fil-ġranet tal-Uffiċċju, jiġifieri it-Tnejn mid-9:00 am ‘il quddiem u l-Ġimgħa mill-4:30 pm ‘il quddiem. Għandhom jiġu kemm l-Omm u kemm il-Missier. Magħkom tridu ġġibu iċ-ċertifikat il-kbir tat-twelid, u jekk ma jkunux joqogħdu fil-Parroċċa tagħna, iridu wkoll ċertifikat tal-magħmudija u permess mill-Kappillan tal-Parroċċa tagħhom biex jirċievu l-Ewwel Tqarbina f’Parroċċa oħra. Ma nħallux għal aħħar.
-
Nhar il-Ħamis jiltaqgħa il-KPP fis-7 pm fis-Sala Dun Manwel.
-
Nhar il-Ġimgħa huwa l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6:30 pm.
-
Nhar il-Ġimgħa ukoll ser isir pasta night b’risq il-festa organizzata mill-għaqdiet li jaħdmu għall-festa. Biljetti mingħand il-helpers tal-għaqdiet jew fis-sagristija. Aktar dettalji fin-notice board .
-
Is-sena l-oħra, kulħadd apprezza il-pelleġrinaġġ li għamilna mal-Ħamrun kollu bil-kurċifiss sabiħ li għandna fil-Parroċċa tagħna. Din is-sena se nerġgħu nagħmluha l-Ħadd 17 ta’ Marzu fil-5:00 pm. Din id-darba se ssir biss mat-toroq tal-Parroċċa tagħna. Għaldaqstant, f’isem l-Għaqda Mużikali tagħna, qed nagħmel sejħa biex dawk li jixtiequ jieħdu sehem, jiġu jiġbru formola mis-sagristija, jimlewha u jwassluha fl-uffiċċju Parrokkjali sal-Ħadd 17 ta’ Frar. Inħeġġiġkom sabiex min jista’ mhux biss jattendi imma jagħti sehmu biex din l-attivita’ tkompli tkun okkażjoni sabiħa għalina lkoll.
-
Fl-okkazjoni tal-170 sena mid-domma tal-Immakulata u l-45 sena mit-twaqqif tas-Soċjeta’ Mużikali, il-Banda tagħna ġiet mistiedna biex tagħmel zjara u ddoqq ġewwa Lourdes. Din hija okkażjoni unika li ebda banda qatt ma għamlet. Iż-żjara se ssir bejn is-Sibt 27 t’April u l-Erbgħa l-1 ta’ Mejju li ġej. Se jkun hemm okkażjoni li niċċelebraw quddiesa fil-Grotta ta’ Lourdes bil-Malti, bis-sehem tal-Banda u wkoll li l-Banda ddoqq kemm waqt il-purċissjoni bis-Sagrament u kemm waqt l-Aux flembeux bil-Madonna. Hija okkażjoni li m’għandkomx titilfu żgur. Aktar dettalji fin-notice boards.
-
Nerġa’ nħeġġeġ sabiex min jista’ jagħti daqqa ta’ id fil-kor ikellem lili jew lis-Surmast is-Sur Frans Pace.
-
Nagħmel appell ukoll għat-tfal biex jingħaqdu mal-grupp tal-abbatini tal-Parroċċa. Naf li t-tfal illum huma mpenjati mhux ħażin imma f’mumenti ta’ ċelebrazzjoni jagħtu l-kontribut tagħhom fil-liturġija. Wara kollox dawn huma l-futur tal-Parroċċa tagħna.
-
Nitolbu għal ruħ Rita Magri li mietet matul dawn il-ġranet. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.