Avviżi – Il-Ħadd 31 ta’ Diċembru 2023

Solennita’ ta’ Marija Omm Alla u Jum il-Paċi

– Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Illejla l-Quddiesa tas-6:30 pm se tkun bit-Te Deum (innu ta’ tifħir lill-Mulej) bħala ringrazzjament lil Alla. Imbagħad, nesponu lil Ġesu’ Ewkaristija u l-Knisja se tibqa’ miftuħa biex issir adorazzjoni fis-skiet.  Fl-10:15 pm se ssir adorazzjoni animata u fil-11:15 pm quddiesa biex nagħlqu s-sena u nibdew sena ġdida mal-Mulej. Imbagħad naqsmu xi ħaġa flimkien u nagħtu l-awguri.

  2. Għada t-Tnejn l-Ewwel tas-sena il-quddies ikun bħal tal-Ħadd u nfakkrukom li l-ġabra se tmur kollha għad-dar tal-Providenza. Inkunu ġenerużi ma’ din id-dar li tilqa’ lil ħutna b’diżabilita’ biex inkunu ta’ sostenn u għajnuna fil-bżonnijiet tagħhom. Dakinhar  huwa wkoll il-56 anniversarju minn meta din il-Knisja saret Parroċċa.  Nitolbu biex il-Mulej u Ommna Marija Immakulata, tagħmel minn din il-komunita’, familja li tħobb, timxi flimkien u ma teskludi lil ħadd.

  3. Peres li din is-sena ħabtet it-800 anniversarju minn meta San Franġisk għamel l-ewwel presepju ħaj, il-Papa Franġisku ta Indulġenza Plenarja (maħfra) lil dawk kollha li jżuru u jitolbu quddiem il-presepju f’xi Knisja Franġiskana. Għalhekk nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Jannar se niltaqgħu fil-5:30 pm u nitilqu f’pellegrinaġġ lejn il-Knisja tal-Franġiskani bit-talba tar-rużarju, fis-6:00 pm niċċelebraw il-quddiesa u wara nitolbu quddiem il-presepju biex niksbu l-indulġenza.

  4. Nhar is-Sibt 6 ta’ Jannar, se jkollna iż-żjara tat-3 slaten Maġi fil-Knisja tagħna, fi triqthom lejn il-presepju ta’ Għajnsielem ġewwa Għawdex. Din se tkun għal ħabta tas-7:15 pm, jiġifieri, hekk kif tispiċċa l-quddiesa ta’ filgħaxija. Inħeġġiġkom sabiex tibqgħu ftit mumenti magħna għal dan l-avveniment.

  5. Nitolbu għal ruħ Josette Sultana, Maggie Spiteri, Frans Borg li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Tags: No tags

Comments are closed.