Avviżi – Il-Ħadd 24 ta’ Diċembru 2023

Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent

– Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Għada l-Ħadd huwa lejliet il-Milied.    Fis-6:00 pm is-superjuri tal-mużew jistiednu l-ġenituri biex jieħdu t-tfal tagħhom jieħdu sehem fil-purċissjoni bil-Bambin, li se tibda’ mill-Mużew tas-subien fi Triq Kanonku Bonnici u tispiċċa fil-Knisja ta’ San Gejtanu  fejn jittellgħa programm żgħir ta’ kant u poeziji.

  2. Imbagħad fil-10:45 pm tibda’ l-velja a u f’nofs il-lejl il-quddiesa tal-Milied. Għall-velja se jkollna kant ta’ għanjiet tal-Milied mill-Kor tal-Parroċċa, drama u priedka tat-tifla. Wara l-quddiesa niltaqgħu biex inkomplu nagħtu l-awguri lil xulxin u nieħdu xi ħaġa sħuna li għamlulna s-sorijiet tal-Karita’.

  3. Għada It-Tnejn Jum il-Milied il-quddies ikun bħal tal-Ħadd.

  4. Nhar il-Ħamis 28 ta’ Diċembru se ssir quddiesa fid-9:30 am bil-priedka tat-tifla li tkun saret lejliet il-Milied. Mistiedna speċjali l-anzjani tal-Parroċċa . Din se tkun fis-sala tal-Mixja Neokatekumenali wara l-knisja. Wara nieħdu xi  ħaġa flimkien. Dawk li jixtiequ jiġu jagħtu isimhom fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija.

  5. Nixtieq nirringrazzja lil dawk li diġa ġabu l-envelop bl-għotja tagħkom għall-istrina tal-Parroċċa. Napprezzaw jekk dawk fostkom li għadhom ma ġabuhomx, iġġibuhom fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija jew tibgħatuhom ma’ persuna ta’ fiduċja tagħkom.

  6. Infakkar li l-ġbir ta’ nhar l-Ewwel tas-sena se jmur kollu għad-Dar tal-Providenza. Inkunu ġeneruzi ma’ din id-dar li tilqa’ lil ħutna b’diżabilita’ biex inkunu ta’ sostenn u għajnuna fil-bżonnijiet tagħhom.

  7. Infakkar ukoll li nhar l-Erbgħa 27 ta’ Diċembru, l-għaqda mużikali tal-Parroċċa tagħna se żżur lit-tfal li jinsabu rikoverati fl-isptar Mater Dei. Huma tfal li ma setgħux jgħaddu l-Milied fil-familja tagħhom.  Inferrħuhom u nuruhom imħabba.  Bħalissa qalulna li fil-Wards li se nżuru hemm xi 30. Min jixtieq iġib xi rigali għat-tfal, jista’ jagħmel dan sas-26 ta’ Diċembru.

  8. Fl-1 ta’ Jannar huwa wkoll il-56 anniversarju minn meta din il-Knisja saret Parroċċa. Nitolbu biex il-Mulej u Ommna Marija Immakulata, tagħmel minn din il-komunita’, familja li tħobb, timxi flimkien u ma teskludi lil ħadd.

  9. Nitolbu għal ruħ Carmen Demanuele u Alfred Curmi li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Tags: No tags

Comments are closed.