It-Tmien Ħadd tal-Għid – Għid il-Ħamsin
Il-Pentekoste
– Sena Liturġika A
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
- Matul din Il-ġimgħa inkompli t-tberik tal-Familji
It-Tnejn Triq Oscar Zammit
L-Erbgħa Triq Turu Lenini, Roger Debattista u Triq Santa Venera
Il-Ħamis Triq Villambrosa
2. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, għalhekk ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
3. Nhar it-Tlieta fis-7.00 pm se ssir il-prova tat-tfal li se jagħmlu l-Ewwel tqarbina nhar il-Ħadd li ġej.
4. Nhar il-Ħadd li ġej fil-quddiesa tad-9.30 am se ssir l-Ewwel Tqarbina lil 12-il tifel u tifla. Inżommuhom fit-talb tagħna biex jibqgħu iħossu l-ferħ tal-Mulej fil-qalb tagħhom.
5.Nhar il-Ħadd huwa l-ewwel Ħadd tax-xahar u ssir il-ġabra speċjali għall-parroċċa. Kif qed taraw saret is-sistema tas-sound ġdida u l-ġabra se tmur biex inkopru l-ispejjeż tagħha.
6.Nitolbu għar-ruħ Charles Micallef li li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.