Avviżi – Il-Ħadd 7 ta’ Mejju 2023

Il-Ħames Ħadd tal-Għid

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Matul din Il-ġimgħa  inkompli  t-tberik tal-Familji

It-Tnejn :  Inbierku Triq Mimosa

It-Tlieta:   Triq is-Snajja u Triq it-Tramm

L- Erbgħa: Triq Lord Byron

Il-Ħamis:   Triq Joe Sciberras

2. Nhar l-Erbgħa is-Superjura Ġenerali tal-Museum tal-Bniet, flimkien ma’ Soċji oħra se jagħmlu laqgħa Marjana fil-Knisja fis-7.00 pm. Inħeġġiġkom biex inkunu preżenti għal din il-laqgħa f’dan ix-xahar iddedikat lil Madonna biex nikbru fl-imħabba tagħna lejn Ommna Marija, issa li riesqa il-festa titulari tal-Parroċċa tagħna.

3.  Nhar il-Ħamis issir l-Adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.

4. Il-Ħadd 14 ta’ Mejju huwa jum l-Omm.  Il-Quddiesa tad-9.30 am se tkun speċjalment għall-Ommijiet kollha.  Se nitolbu kemm għall-Ommijiet mejtin biex il-Mulej idaħħalhom fil-mistrieħ tiegħu, għal dawk li jkunu preżenti u anki għal dawk li jixtiequ jsiru ommijiet biex il-Mulej jisma’ talbhom. Nistieden it-tfal ukoll jingħaqdu magħna jitolbu għall-ommijiet tagħhom u nagħmlulhom festa sabiħa.  Dak in-nhar se titkellem ukoll Omm ta’ 6 itfal fuq l-esperjenza tagħha bħala Omm. 

5. Minn din il-ġimgħa ‘l quddiem aħwa tal-Mixja Neokatekumenali se jkunu qed iduru t-toroq u d-djar tagħna u jħabbtu l-bibien biex iwasslu lil Ġesu’ lil familji tagħna. Bħalma lqajtu u qegħdin tilqgħu lili fil-jiem tat-tberik, nistedinkom biex ma titilfux din l-opportunita’ biex tilqgħu lil dawn l-aħwa u taqsmu kelma tajba flimkien. Inħallu l-Mulej jiltaqa’ magħna u jagħtina l-imħabba tiegħu permezz ta’ xulxin.

6. It-Tnejn 8 ta’ Mejju 2023 fil-5.00 pm fil-Kappella tal-Medalja Mirakoluża se jkun hemm Adorazzjoni u fis-6.00 pm tibda l-quddiesa. Il-Kappella se tkun miftuħa mill-4.00 pm sal-10.00 pm. Kulħadd mistieden li jsib ħin biex jitlob quddiem il-fdalijiet ta’ San Ġorġ Preca.

7. It-Tlieta 9 ta’ Mejju 2023 – Jum il-Festa. Fis-6.30 pm tibda Quddiesa Solenni tal-festa ppreseduta minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna fl-Awditorjum tad-Dar Ġenerali tal-Museum. Il-Kappella tkun miftuħa mis-7.00 am sa 12.00 am u mill-4.00 pm sal-10.00 pm. Kulħadd mistieden li jsib ħin biex jitlob quddiem il-fdalijiet ta’ San Ġorġ Preca.

8. Nitolbu għal ruħ Paul Zerafa u Emilia Spiteri Sacco li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieh ta’ dejjem.

Tags: No tags

Comments are closed.