Avviżi – Il-Ħadd 2 t’April 2023

Ħadd il-Palm – Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Illum, niċċelebraw Ħadd il-Palm. Fid-9.00 am niltaqgħu fil-bitħa tas-sorijiet tal-Eġittu, fejn isir it-tberik tal-Palm u Żebbug u mixja sal-Knisja. Fid-9.30 am jkollna l-quddiesa, tifkira tad-daħla ta’ Ġesu’ f’Ġerusalemm u l-qari tal-Passjoni.
  2. Fil-quddiess ta’ filgħaxija ta’ nhar it-Tnejn, Tlieta u l-Erbgħa nitolbu t-talba tal-Għasar li hija t-talba tal-Knisja bis-salmi.
  3. Nhar It-Tnejn  fis-7.15 pm se jsir hawnhekk fil-Knisja, mument ta’ riflessjoni u mużika għal dan iż-żmien tar-Randan.  Inħeġġiġkom biex nattendu u hekk nibdew nidħlu sew fl-ispirtu tal-Ġimgħa Mqaddsa.  Dan se jsir mill-Banda Immakulata Kunċizzjoni.
  4. Nhar il-Ħamis huwa Ħamis ix-Xirka, tifkira tat-twaqqif tal-Ewkaristija u tas-saċerdozju.  Filgħodu ma jkunx hawn quddies ghax issir quddiesa waħda fil-Konkatidral ta’ San Ġwann mill-Arċisqof li fiha jitbierku ż-żjut. Għalhekk kemm il-Knisja, kif ukoll il-Kappella jkunu magħluqin.
  5. Fis-6.30 pm il-Ħamis, nagħtu bidu għat-tlett ijiem qaddisa tal-Għid fejn ikollna quddiesa Konċelebrata . Fit-8.00 p.m. nagħmlu flimkien il-viżti fl-10.00 p.m. ikollna siegħa Adorazzjoni quddiem l-artal tar-ripożizzjoni.
  6. Infakkru li nhar il-Ġimgħa l-Kbira hemm l-obbligu ta’ sawm u astinenza għall-adulti bejn it-18 u s-60 sena u ta’ sagrifiċċji għal dawk li għandhom bejn l-14 u t-18-il sena. Fid-9.30 am Adorazzjoni għat tfal mill-membri tal-Museum. Il-Knisja tiftaħ fis-2.30 pm u fit-3.00 p.m. ċelebrazzjoni tal-mewt ta’ Sidna Ġesu’ Kristu.
  7. Nhar is-Sibt, IL-VGILI TAL-GĦID IL-KBIR, jum il-Qawmien ta’ Ġesu’ mill-imwiet. Nibdew fit-8.30 p.m bit-tberik tan-nar ġdid.
  8. Nhar il-Ħadd il-quddiesa tad-9.30 am se tkun bis-sehem tat-tfal. Inħeġġeġ it-tfal biex jiġu għal din il-quddiesa li fiha se niċċelebraw lil Ġesu’ ħaj.
  9. Matul din il-ġimgħa s-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika qed iniedi ġimgħa ta’ Sagrifiċċju. Ħdejn il-vara tad-Duluri hemm kaxxa apposta sabiex nagħtu l-kontribuzzjoni tagħna biex jiġu megħjuna persuni u familji f’diffikulta’.
  10. Bħal kull sena qegħdin niġbru il-figolli li se jingħataw lill-persuni b’diżabilita’ ta’ Dar il-wens u d-Dar tal-Providenza, f’quddiesa li ssir it-Tnejn l-għada tal-Għid, jiġifieri it-Tnejn 10 t’April fis-6.30 pm.  Din il-quddiesa se tiġi ċċelebrata minn Dun Martin Micallef, direttur tad-Dar tal-Providenza.  Dak in-nhar, barra l-figolli se nippreżentaw ukoll il-karus ta’ mħabba li t-tfal ikunu gabu magħhom fiċ-ċelebrazzjoni penitenzjali ta’ lejliet id-Duluri.
  11. Wara l-Għid nibdew nitolbu il-Via Lucis kull nhar ta’ Tlieta, l-Ġimgħa u l-Ħadd. Fil-ġranet l-oħra jintalab ir-Rużarju
  12. Nhar il-Ħamis 13 ta’ April iċ-Ċentru tal-anzjani se jorganizza ħarġa għar-Rabat. Biljetti mingħand il-helpers.               

 

Tags: No tags

Comments are closed.