Avviżi – Il-Ħadd 15 ta’ Jannar 2023

It-Tieni Ħadd matul is-Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  2. Nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Jannar se ssir FTIRA NIGHT b’risq il-festa.  Nibdew wara l-quddiesa tas-6.30 pm fis-Sala Parrokkjali. Inħeġġu lil dawk li mhumiex bid-dieta biex jattendu, napprezzaw ikla tipikament Maltija u nieħdu gost flimkien. Biljett mingħand il-helpers.
  3. Nhar is-Sibt, l-Għaqda Mużikali Marija Immakulata, f’kollaborazzjoni mal-Parroċċa, se ssir serata ta’ mużika u drama li fiha se jkun hemm karattri li jinterpretaw l-istorja tal-Parroċċa tagħna: is-Sur Pawlu Burlo’, Dun Edgar Vella u oħrajn.  Din se ssir fl-okkażjoni tal-55 anniversarju tal-Parroċċa. Għal din is-serata se nistiednu b’mod speċjali lil dawk li twieldu, tgħammdu, għamlu preċett jew griżma tal-Isqof, jew iżżewġu 55 sena ilu.  Nistedinkom ilkoll biex niġu numerużi għal din l-okkażjoni.  Għal din l-okkażjoni kulħadd se jirċievi wkoll invit id-dar.
  4. Lejn l-aħħar ta’ Jannar – bidu ta’ Frar se jsir il-Bazaar b’risq il-Parroċċa.  Għalhekk fil-Knisja se nagħmlu qfief biex min jixtieq jgħin jista’ jġib preserve jew oġġetti ta’ tindif jew pjanti u oġġetti biex ikunu jistgħu jinbiegħu. Il-quddiem xi helpers tal-parroċċa jistgħu jiġu fid-djar biex jitolbu l-għajnuna tagħkom.  Grazzi ħafna.
  5. Fl-okkażjoni tat-talb li jsir kull sena għall-għaqda tal-knejjes se jsir servizz ekumeniku il-Ġimgħa 20 ta Jannar fis-6.30 pm fil-knisja ta’ San Nikola (ta’ l-erwieh), Triq il-Merkanti, il-Belt. L-Arċisqof Charles Scicluna se jkun qed jieħu sehem. Kulħadd huwa mistieden.

 

Tags: No tags

Comments are closed.