PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI
ĦAMRUN
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
It-Tletin Ħadd matul is-Sena Ċ
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
- Minn nhar It-Tnejn 24 ta’ Ottubru, il-mixja Neokatekumenali se tagħti bidu għall-Katekeżi. Dawn se jsiru kull nhar ta’ Tnejn u Ħamis fis-7.30 pm fil-Katekumenju wara l-knisja.
- Nhar it-Tlieta fis-6.00 pm se jsir il-qrar għat-tfal bniet fil-Museum tagħhom u nhar il-Ħamis se jsir tas-subien fil-museum tagħhom fis-6.45 pm bi tħejjija għas-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof .
- Nhar il-Gimgħa fis7.00 pm ikun hawn il-provi tal-Griżma. Il-ġenituri u l-parrini huma mħeġġa jattendu flimkien mat-tfal.
- Minahabba li l-ħadd li ġej se tiġi ċċelebrata l-Griżma tal-Isqof, il-quddiesa tal-11 am se tkun fil-11.15 am.
- Nhar il-Ħamis 27 t’Ottubru, fil-Pjazza ta’ quddiem il-Kazin tal-banda se ssir talk mill-Onor. Deo Debattista, dwar il-Cancer tas-sider. Il-laqgħa hija bla ħlas u kulħadd hu mistieden.
- Il-Ħamis 27 ukoll fis-7.30 pm se ssir laqgħa għal dawk li għamlu jew se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof. Din se tkun fil-Katekumenju u l-iskop tagħha huwa li l-adoloxxenti li jagħmlu l-Griżma jibqgħu jirċievu taghħim u jkollhom kumpanija tajba, f’ambjent adattat għalihom.
- Nhar il-Ġimgħa, fl-okkażjoni tal-egħluq tax-xahar ta’ Ottubru, wara l-quddiesa tas-6.30 pm, ser jingħad ir-rużarju fil-pjazza Kappillan Mifsud quddiem l-istatwa tal-Madonna. Nitilqu flimkien mill-knisja aux flambeaux. Għalhekk dakinhar MA JKUNX HAWN rużarju fis-6.00 pm qabel il-quddiesa tas-6.00 pm.
- Nhar il-Ġimgħa fl-Istitut Kattoliku fis-Sala Mgr. Mikiel Gonzi fis-6 pm se ssir preżentazzjoni bix-xhieda tal-ġenituri tal-Qadddejja ta’ Alla, Chiara Corbella Petrillo, devozzjoni li qed tinxtered ħafna fl-Italja u f’pajjizi oħra. Kulħadd huwa mistieden.
- Nhar it-Tlieta 1 ta’ Novembru festa tal-Qaddisin kollha se ssir quddiesa fis-6 pm apposta għat-tfal. It-tfal qed jiġu mistiedna jilbsu xi lbies ta’ xi qaddis u jekk jixtiequ, jiktbu żewġ kelmiet dwar min kien il-qaddis li tiegħu huma libsu biex imbagħad nitkellmu fuqu.
- Nitolbu għal ruħ Marlene Attard, Mary Spiteri, Tessie Tanti u Ġużi Agius Delicata li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.