PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI
ĦAMRUN
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
Is-Sitta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
- Illeja fil-quddiesa tas-6.30 pm, il-Kappillan Dun Mario Mifsud se jqaddes quddiesa ta’ ringrazzjament fi tmiem il-ħidma tiegħu bħala Kappillan f’din il-parroċċa. Kulħadd hu mistieden għal din il-quddiesa.
- Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Anzjani il-Caritas qed tistieden lill-anzjani tal-parroċċi għall-quddiesa li ser issir nhar il-Hamis fil-Bażilika Kristu Re Raħal Ġdid fl-10.45 am. Ser jiġi organizzat trasport minn fejn il-knisja li jitlaq fl-10 am. Wara se jkun hemm attivita’ soċjali. Dawk li huma interessati jħallu isimhom fis-sagristija jew mal-helpers sa għada t-Tnejn
- Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikun hawn adorazzjoni Ewkaristika.
- Ix-xahar t’Ottubru huwa x-xahar ddedikat lill-Madonna tar-Rużarju. Matul il-ġimgħa, filgħodu mit-Tnejn sas-Sibt ir-rużarju jibda jingħad wara l-quddiesa tas-7.15 am. Filgħaxija jingħad kuljum fis-6.00 pm quddiem Ġesu’ Sagramentat u nispiċċaw bil-barka Sagramentali.