Avviżi 11 ta’ Settembru 2022

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI      
ĦAMRUN
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikun hawn l-adorazzjoni.
  2. Nhar il-Ħadd li ġej ser issir il-ġabra speċjali għall-Art Imqaddsa. Bl-offerta tagħna nkunu qed ngħinu biex jinżammu miftuħa postijiet u ħidmiet reliġjużi u t’għajnuna għal dawn ħutna li jgħixu fl-Art Imqaddsa u li għaddejjin minn tbatija minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Niftakru fihom fit-talb tagħna.
  1. Nhar il-Erbgħa se jerġa jibda l-kor Parrokkjali fis-7pm. Dawk li jixtieu jidħlu fil-kor, ikellmu lis-surmast jew iħallu isimhom fis-sagristijia.
  1. Nhar il-Ħadd 25 ta’ Settembru, fis-6.30 pm, il-Kappillan Dun Mario se jqaddes quddiesa ta’ ringrazzjament fi tmiem il-ħidma  tiegħu bħala Kappillan f’din il-parroċċa. Għalhekk qed nistiednu lil kulħadd speċjalment il-lajċi mpenjati biex nattendu għal din il-quddiesa. Wara se jsir riċeviment żgħir quddiem l-Uffiċċju Parrokkjali.
  1. Nitolbu għal ruħ Mary Pace u Paul Cremona li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

 

Tags: No tags

Comments are closed.