Avviżi 21 t’Awwissu 2022

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI      
ĦAMRUN
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

Il-Ħadd, 21 t’ Awwissu, 2022

Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd matul is-sena, Sena Ċ

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                              

  1. Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikollna Adorazzjoni Ewkaristika.
  2. Il-Ġabra specjali t’Awissu għall-użu tal-Arja Kondizzjonata fil-Knisja ammontat għal €596. Grazzi lil kulħadd.
  3. Nitolbu għal ruħ Josephine Cutajar li mietet matul dawn il-ġranet.  Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Dun Mario Mifsud

Stqarrija mill-kappillan Dun Mario Mifsud, kapppillan tal-parroċċa Immakulata Kunċizzjoni

Nixtieq ninfurmakom li Mons. Arċisqof talabni sabiex insir l-arċipriet il-ġdid tal-Parroċċa tal- Imsida. Kif tafu, fl-ordinazzjoni saċerdotali tagħna aħna nwegħdu ubbidjenza lejn l-isqof tagħna u għalhekk, wara tmien snin magħkom, se nerġa nibda’ mandat ieħor bħala kappillan f’parroċċa li tmiss ma’ tagħna. Nieħu din l-opportunita’ sabiex nirringrazzja minn issa lis-saċerdoti u lil ħafna u ħafna lajċi li kkoperaw miegħi sabiex naħdmu flimkien għall-ikbar ġid tal-parroċċa. Jiena ċert li intom dan se tkompluh mal-kappillan il-ġdid li l-arċisqof se jaħtar minn hawn u ftit jiem oħra.

Tags: No tags

Comments are closed.