Avviżi
- Nhar it-Tnejn ikompli t-tberik tal-Familji: Nhar it-Tnejn filgħaxija Triq Kanonku Bonnici (numri bil-fard biss , 1-127), it-Tlieta filgħaxija nbierku Triq Orsolini. L-Erbgħa filgħaxija Triq Kanonku Bonnici (numri biż-żewġ, 4-70). Il-Ħamis fid-9.00 am filgħodu Triq id-Duluri (minn Triq il-Kunċizzjoni sa Triq Indri’ Cilia biss). Il-Ġimgħa filgħaxija Triq Maitland. It-tberik filgħaxija jibda fl-4.30 pm.
- Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
- Nhar il-Ġimgħa se ssir laqgħa soċjali fis-sala parrokkjali fis-7 pm. Biljetti mingħand il-helpers.
- Iċ-Ċentru tal-Anzjani se jorganizza attivita’ soċjali fil-Qawra nhar l-Erbgħa 25 ta’ Mejju. Tluq fid-9 am. Aktar dettalji u biljetti mingħand il-helpers jew l-uffiċċju parrokkjali.
- Nitolbu għal ruħ Mary Pace u Carmela Xuereb li mietu matul dawn il-ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.