Avviżi
- Nhar l-Erbgħa jibda r-Randan Mqaddes. Huwa Jum ta’ Sawm u Astinenza għal dawk li għandhom bejn it-18 u s-60 sena. Il-Papa Franġisku qed jitlobna biex dakinhar insumu u nitolbu għall-paċi fid-dinja. Fil-quddies kollu jkollna ċ-ċerimonja tat-tqiegħed tal-irmied. Fis-6 pm, ikollna l-Via Sagra u fis-6.30pm quddiesa kantata.
- Il-Ħamis fis-7.00 pm ikollna Adorazzjoni Ewkaristika.
- Nhar il-Ġimgħa minħabba li ma nistgħux nagħmlu l-pellegrinaġġ bis-Salib, li kien isir kull sena, fis-6 pm Via Sagra, quddiesa fis-6.30 pm u wara riflessjonijiet fuq is-Salib quddiem il-Kurċifiss fil-knisja.
- Matul ir-Randan, kull nhar ta’ Sibt, fis-5.45 pm Via Sagra, fis-6.10 pm jitkanta l–għasar u fis-6.30 pm quddiesa.
- Nixtiequ navċaw li mit-Tnejn 7 ta’ Marzu, mit-tnejn sal-ġimgha fi żmien ir-Randan, il-quddiesa tas-6.15 am se tibda tkun fis-6.00 am. Wara l-quddiesa, fis-6.25 am, se jibda’ jkun hawn talb tal-Lawdi mill-membri tal-Mixja Neokatekumenali li ghalih kulħadd ikun mistieden.
- Matul din il-ġimgħa qassamna l-envelopes għall-ewwel ġabra tal-festa. L-envelopes bl-offerti tistgħu twassluhom fil-knisja jew l-uffiċċju parrokkjali jew fil-kaxxa tal-ittri tad-dar parrokkjali.
- Qed inqassmu fuljett għal kull familja bil-programm tal-attivatijiet kollha tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa.
- Nhar Il-Ħadd li ġej ikun l-Ewwel Ħadd tax-xahar u nagħmlu l-ġabra speċjali għall-parroċċa.
- Nitolbu għal ruħ Josephine Grima li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.