Avvizi
- Nhar it-Tnejn tibda n-novena tal-Milied. Matul in-novena jkun hawn rużarju, kurunella tal-Bambin u ħsieb qasir fil-bidu tal-quddiesa. Il-quddiesa ta’ filgħaxija ta’ għada se tkun fil-5.30 pm bis-sehem tat-tfal tal-Museum u l-ġenituri tagħhom. Wara ikun hawn rużarju u kurunella tal-Bambin Ġesu.
- Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
- Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Diċembru l-Kummissjoni Djakonija se torganizza laqgħa soċjali għall-anzjani fil-katekumenju wara l-knisja, mhux Fra Diegu kif avżat fil-fuljett. Tibda b’quddiesa fid-9.30 a.m fejn fiha ikun hemm il-priedka tat-tifel li tkun saret fil-parroċċa fil-lejl tal-Milied. L-Anzjani tal-Parroċċa huma mistiedna jattendu.
- Armajna s-siġra tal-Milied. Din is-sena id-donazzjonijiet se ntuhom lil Creche ta’ l-Ursolini. Mas-siġra hemm il-lista x’għandhom bżonn. Nitolbukom tkunu ġenerużi u napprezzaw jekk timxu mal-lista.
- Se nixtru kwantità ta’ punzjetti biex inżejnu l-artal u l-Knisja għall-ġranet tal-Milied. Dawk li jixtiequ jgħinu jistgħu jagħtu donazzjoni ta’ €4 għal kull punzjetta.
- Nhar it-Tlieta Lejliet il-Milied il-velja din is-sena se tibda fl-10 pm u fil-11pm il-quddiesa. Wara se jkollna buffet breakfast. Aktar tagħrif fin-notice board u biljetti mingħand il-helpers.
- Nhar l-Erbgħa 18 ta’ Diċembru u l-Ħamis 19 ta’ Diċembru, se jkollna l-Father Christmas li se jqassam ir-rigali lit-tfal tal-Parroċċa u ta’ barra l-parroċċa. Min irid iwassal ir-rigali tiegħu b’dan il-mod huwa mitlub li jġibhom fis-Sala Dun Manwel bejn l-14 u s-17 ta’ Diċembru bejn l-5.30 pm-7.00 pm u fil weekend ikunu miftuhin ukoll bejn 9 am u nofsinhar.