AVVIŻI
- Nhar it-Tnejn inkomplu t-tberik tal-Familji: Nhar it-Tnejn Triq Ġuże’ Maria Camilleri u Triq Pace Forno; it-Tlieta nbierku Triq Joe Sciberras u Turu Lentini. L-Erbgħa Triq Danny Cremona. Il-Ħamis fid-9.00 am filgħodu Triq id-Duluri (minn Triq Indri Cilia sa Triq Villambrosa) . Il-Ġimgħa Triq Byron. It-tberik filgħodu fid-9:00 am u filgħaxija jibda fl-4.30 pm.
- Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
- Nhar is-Sibt jaħbat l-34 Anniversarju mill-Konsagrazzjoni tal-knisja, għalhekk ser nfakkru dan l-anniversarju fil-quddiesa fis-8.15 am.
- Nhar l-Erbgħa iċ-Ċentru tal-Anzjani se jorganizza attivita’ soċjali fil-Qawra. Tluq fid-9 am. Aktar dettalji u biljetti mingħand il-helpers jew l-uffiċċju parrokkjali sa nhar it-Tnejn.
- Nitolbu għal ruħ Cettina Galdes li mietet matul dawn il-ġranet. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.