Avviżi
- Nhar il-Ġimgħa, se jingħad ir-Rużarju fil-ġnien Oreste Chircop fit-Triq Alexander fil-5.30 pm Ir-Residenti tal-inħawi huma mħeġġa li jattendu.
- Nhar il-Ġimgħa ukoll fis-7.15 pm wara r-rużarju se jkun hawn il-prova tal-Griżma.
- Nhar il-Ħadd li ġej, fil-parroċċa tagħna, se jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof fil-quddiesa tad-9.30 am.
- Nhar il-Ħadd 3 ta’ Novembru b’tifkira tal-75 sena anniversarju meta l-Istatwa tal-Kunċizzjoni ta’ Bormla kienet meħuda fil-Knisja ta’ Santa Elena Birkirkara fi żmien il-gwerra, se jsir pellegrinaġġ bl-istatwa tal–Kunċizzjoni minn Bormla għall-Birkirkara. Dakinhar għall-ħabta tal-10 am il-pellegrinaġġ se jgħaddi minn quddiem il-knisja parrokkjali tagħna u se jsir programm żgħir ta’ talb u kant Marjan. Kulħadd hu mistieden jattendi.
- Nhar it-Tlieta, 5 ta’ Novembru fis-6.00 p.m. se ssir Quddiesa fil-Katidral tal-Imdina b’suffraġju għal erwieħ tas-saċerdoti, reliġjużi irġiel u nisa mejtin. Kulħadd huwa mistieden biex jattendi għal din il-quddiesa bħala rikonoxximent għall-ħidma fejjieda li dawn il-persuni kkonsagrati wettqu fi ħdan il-Knisja lokali u universali.
- Minn nhar il-Ġimgħa se jibda il-bazaar fis-Sala Dun Manwel. Għalhekk inħeġġukom biex tiġu tixtru u tgħinu lill-Parroċċa.
- Nhar il-Ħamis se jsir coffee morning b’risq il-parroċċa. Biljettti mingħand il-helpers. Tluq fid-8.45 am.
- Barra fejn il-bieb hemm għall-bejgħ kalendarji b’risq il-missjoni. Infakkru lil dawk li għadhom ma ġabux l-envelope tal-Missjoni biex jagħmlu dan, jekk jista’ jkun, matul din il-ġimgħa. L-envelopes tistgħu iġġibuhom il-Knisja jew fl-uffiċċju parrokkjali.