Avviżi – Il-Ħadd 8 ta’ Settembru 2024

It-Tlieta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena

It-Twelid tal-Verġni Mbierka Marija

 Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni Ewkarisitka wara l-quddiesa tas-6.30 pm

  2. Min nixtieq jiġi il-pasta night fil-Euroclub Hotel il-Qawra nhar il-Ġimgħa jibbukkja sa nhar l-Erbgħa. Se ssir ukoll ftit tombla u se jkun hemm entertainment minn Fabrizio Faniello. Ikollna it-trasport fis-7 pm minn fejn il-knisja.   Dawk li jixtiequ jibbukkjaw jistgħu ikellmu lil kappillan jew xi ħadd mill-helpers jew fl-uffiċċju parrokkjali. Inħeġġiġkom biex tattendu biex nieħdu gost flimkien u fl-istess ħin tkunu qed tgħinuna biex intaffu l-ispejjez li għandna tax-xogħol li qed isir.  Grazzi ħafna.

  3. Nitlob lil ġenituri tat-tfal subien u bniet li se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof fit-3 ta’ Novembru li ġej biex jiġu jirreġistraw it-tfal fl-uffiċċju Parrokkjali. Importanti li ġġibu magħkom iċ-ċertifikat tat-twelid il-kbir u ċ-ċertifikat tal-magħmudija (jekk ma jkunux tgħammdu fil-Parroċċa tagħna). Il-ħinijiet tal-Uffiċċju huwa nhar ta’ Tnejn mid-9.00 am ‘il quddiem u nhar ta’ Ġimgħa mill-4.30 pm ‘il quddiem. Is-Sagrament tal-Griżma se jiġi amministrat mill-E.T. Mons.George Frendo.

  4. Nhar il-Ħadd li ġej 15 ta’ Settembru fil-quddisa tad-9.30 am se tinġieb fostna r-relikwija ta’ parti mill-ġebel tal-għolja ta’ Laverna, il-post fejn san Franġisk, 800 sena ilu eżatt, irċieva l-pjagi mqaddsa ta’ Sidna Ġesu’ Kristu. Din se tagħmel ġimgħa magħna sal-Ħadd ta’ wara meta se jsir pellegrinaġġ mingħand il-Patrijiet Franġiskani, bl-istatwa ta’ San Franġisk mat-toroq tagħna.  Dak in-nhar ir-relikwija tittieħed mill-Knisja tagħna għal għand il-Patrijiet Villambrosa. Il-Programm tal-festi li se jagħmlu l-Franġiskani qiegħed fin-notice board.

Tags: No tags

Comments are closed.