Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena
Sena Liturġika B
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
-
llum il-Ħadd, l-istatwa ta’ San Gejtanu li qegħda fil-knisja tal-patrijiet se joħroġ pellegrinaġġ bis-sehem taż-żewġ baned. Il-purċissjoni se tgħaddi minn quddiem il-Knisja Parrokkjali tagħna. Fl-4.00 pm se jsir talb bis-salmi u wara jibda’ l-pellegrinaġġ.
-
Nhar l-Erbgħa ser issir l-ewwel laqgħa taċ-Ċentru tal-anzjani fis-Sala Dun Manwel.
-
Nhar il-Ġimgħa ser issir l-ewwel ftira night għal din is-sena. Biljetti mingħand il-helpers.
-
Nhar it-Tnejn 7 t’Ottubru hija l-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Dak in-nhar nistedinkom biex nilqgħu l-istedina tal-Papa Franġisku biex insumu u nitolbu r-Rużarju għall-Paċi fid-dinja. Għalhekk ir-Rużarju se nitolbuh mhux biss fil-għaxija qabel il-quddiesa imma wara l-quddiesa tas-6.15 am u tas-7.15 am. Dawk li ma jistgħux jingħaqdu magħna, jitolbu ir-rużarju fid-dar jew f’xi ħin ieħor tal-ġurnata.
-
Nhar it-Tlieta 15 ta’ Ottubru fis-6.30 pm ser issir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal subien u bniet li se jagħmlu l-Griżma f’Novembru li ġej. Din ser issir fil-Musuem tas-Subien Triq Kanonku Bonnici .
-
Fl-aħħar ġimgħa ta’ Ottubru se jiġi organizzat bazaar fis-sala Dun Manwel. Dawk li għandhom xi pjanti, preserves u oġġetti oħra li jistgħu jagħtuhom donazzjoni biex jinbiegħu, napprezzaw kull għajnuna. Il-helpers tagħna se jduru ukoll fil-parroċċa biex jiġbru xi preserves biex jinbiegħu .
-
Il-Parroċċa, flimkien ma’ l-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni se jagħmlu pellegrinaġġ għall-Fatima ġewwa l-Portugal bejn it-12 u s-16 ta’ Novembru bħala parti mill-170 sena mid-Domma ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni u l-45 anniversarju mit-twaqqif tal-istess Għaqda. Dawk li jixtiequ li nwasslulhom it-talb tagħna lill-Madonna, tistgħu tiktbu l-intenzjonijiet tagħkom u titfgħuhom fil-kaxxa li hemm ħdejn il-Madonna biex imbagħad inkunu nistgħu intellgħuhom magħna u noffruhom fil-quddiesa bil-malti li se ssir fis-santwarju ta’ Fatima.