It-Tieni Ħadd tar-Randan -Sena A
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
- Nhar il-Ġimgħa, inkomplu bit-2 laqgħa tal-eżerċizzi fis-6.00 pm Via Sagra, 6.30 pm Quddiesa, wara jsir il-ħsieb ta’ 15-il minuta u nagħlqu bil-barka Sagramentali.
- Kull nhar ta’ Sibt, fis-5.45 pm Rużarju, fis-6.10 pm inkantaw is-salmi u fis-6.30 pm quddiesa.
- Nhar is-Sibt 11 ta’ Marzu, is-Soċjeta’ tal-MUSEUM se tfakkar l-anniversarju mill-mewt tal-Qaddej t’Alla Eugenio Borg, li hu l-ewwel Superjur Ġenerali. Din se ssir fil-Kappella ta’ Sidtna Marija tal-Medalja Mirakoluża nhar is-Sibt 11 ta’ Marzu fis-6.00 pm u l-Hadd 12 ta’ Marzu fit-8.00 am. Kulħadd mistieden biex jieħu sehem.
- Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Marzu ċ-Ċentru tal-anzjani se jorganizza ħarġa bil-quddiesa. Sejrin ninviżtaw ir-Rendentur l-Isla. Tluq fid-9 am minn fejn il-knisja. Biljetti mingħand il-helpers.
- Nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Marzu se ssir FTIRA NIGHT bit-tombla b’risq il-festa. Nibdew 7.45pm fis-Sala Parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.
- Il-Parrocca se torganizza pellegrinaġġ ghal-Lourdes bejn 18 – 22 ta’ Lulju. Dawk li huma nteressati jieħdu programm bid-dettalji mill-uffiċċju parrokkjali jew mis-Sagristija.
- Nhar is-Sibt 1 ta’ April, se ssir l-ikla Lhudija. Din issir ghaliex hija l-ikla li fiha l-Mulej Ġesu’ waqqaf l-Ewkaristija. Meta niċċelebrawha nifhmu aħjar il-kuntest li fih Ġesu’ offra lilu nnifsu fl-Ewkaristija. Inħeġġiġkom biex nieħdu sehem għax ikun bidu tajjeb għall-Ġimgħa Mqaddsa. Din se tkun fis-sala Parrokkjali fis-7.30 pm.
- L-Għaqda Mużikali, Marija Immakulata se torganizza kors tal-ewwel għajnuna: first aid course u wkoll se jkun hemm tagħlim ta’ kif jaħdem id-defribilator. Dan huwa apparat li jintuża f’każ li jkun hemm problemi fil-qalb. Huwa apparat importanti li huwa uniku fiz-zona tagħna. Il-Kumitat tal-Banda ġentilment għoġobhom jagħtu wkoll iċ-ċavetta tal-Kazin lill-Parroċċa f’każ li jkun hemm bżonn jintuża dan l-apparat. Il-Kors se jsir il-Ħamis 16 ta’ Marzu, fi Pjazza Kappillan Muscat fis-6.00 pm. Inħeġġu lil kulħadd biex jattendi u nifhmu x’għandna nagħmlu f’każ ta’ bżonn.
- Nitolbu għal ruħ, George Ciappara, Anthony Dimech u Carmen Schembri li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.