Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid
– Sena Liturġika A
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
- It-Tnejn 1 ta’ Mejju hija l-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem. Għalkemm mhix festa kmandata tkun ħaġa xierqa jekk inqaddsu din il-ġurnata bil-quddiesa. Il-quddies ikun bħal nhar ta’ xogħol.
- It-Tlieta 2 ta’ Mejju se jsir ħin ta’ talb u riflessjoni quddiem ir-relikwija ta’ San Ġorġ Preca fil-Kappella tal-Midalja Mirakoluża Blata l-bajda. Aħna li noqgħodu l-Ħamrun għandna nħossuna privilegġġati li Dun Ġorġ kien jgħix il-Ħamrun u li fil-Ħamrun għandna l-Kappella tal-Midalja Mirakoluża. Għalhekk tajjeb li ningħaqdu fis-7.00 pm fl-istess Kappella biex nitolbu flimkien.
- Matul din Il-ġimgħa inkompli t-tberik tal-Familji
It-Tlieta: Inbierek Triq il-Kanonku Bonnici
L- Erbgħa: Triq il-Kappillan Mifsud
Il-Ħamis: Triq Kunċizzjoni, Triq il-Liċew u Triq il-Lunzjata. - Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, għalhekk ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
- Fil-weekend li ġej nagħmlu l-ġabra speċjali għall-parroċċa tal-ewwel Ħadd tax-xahar.
- Nitolbu għal ruħ Andrew Moon, Mary Scerri, u Maria Psaila li mietu matul din il-ġimgħa. Aghtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.