Avviżi – Il-Ħadd 3 ta’ Diċembru 2022


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

It-Tieni Ħadd tal-Avvent Sena A

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

Din il-Ġimgħa hija l-Festa Liturġika tal-Immakulata Kunċizzjoni, il-Patruna tal-Parroċċa

  1. Illum il-Ħadd fis-2.30 pm se jsir trasport minn quddiem il-Knisja għall-Belt Valletta, fejn se nuru bil-preżenza tagħna li aħna kontra d-dħul tal-liġi tal-abort f’pajjiżna.  Li fil-ġuf hemm tarbija ħajja, persuna, mhux il-fidi jew il-knisja tgħidilna, imma x-xjenza.  Ejjew ma nħallux dan il-mument jgħaddi mingħajr ma nkunu għamilna l-almu tagħna biex il-valur tal-ħajja ma jiġix ikkalpestat mill-bidu tat-tnissil sal-mewt naturali ta’ kull persuna.
  2. Nhar it-Tnejn inkomplu bin-Novena tal-Kunċizzjoni. Fis-6.00 pm rużarju, fis-6.30 pm quddiesa bis-sehem tal-Għaqdiet Ċivili tal-Ħamrun.  Kurunella wara l-quddiesa.
  3. Nhar it-Tlieta Jum iż-Żgħażagħ.  Il-quddiesa tas-6.30 pm se tkun animata mill-Grupp Ġifra li jiltaqgħu fil-Knisja ta’ San Franġisk u ghaliha huma mistednin iż-żgħażagħ tal-Parroċċa.
  4. Nhar l-Erbgħa fl-10.00 am se nagħmlu festa Marjana għat-tfal tal-iskejjel tal-Ħamrun.  Nibdew minn quddiem il-Liċew sal-Knisja.  Fil-11.00 am quddiesa. Fis-6.00 pm translazzjoni bl-Antifona u kant tas-Salmi. Dak inhar ukoll il-Kor Parrokkjali jiċċelebra l-40 sena mit-twaqqif tiegħu. Għalhekk wara l-quddiesa ta’ filgħaxija kulħadd mistieden biex nibqgħu fil-Knisja fejn se tindaqq ftit mużika Marjana.
  5. Nhar il-Ħamis Jum il-festa. Fid-8.45 am kant tas-Salmi. Fl-10.30 am parata mill-banda tal-Iscouts sa Pjazza Kappillan Muscat ħdejn il-Madonna. Se jkunu mistiedna Għaqdiet Ċivili u Reliġjużi tal-Ħamrun biex iqiegħdu kuruni u fjuri quddiem il-Madonna. Matul il-jum ssir Katina tar-rużarju mill-morda tal Parroċċa fi djarhom.  Fil-4.45 pm Korteo mill-Knisja ta’ San Franġisk akkumpanjat mit-tfal u mill-Banda Immakulata Kunċizzjoni sal-knisja Parrokkjali.  Fis 6.00 pm quddiesa solenni mill-E.T. Mons Arċisqof li fiha l-Kappillan jingħata l-mandat uffiċjali bħala ragħaj ta’ din il-komunita’.
  6. Nhar is-Sibt fis-5.45pm rużarju, fis-6.10 pm nitolbu bis-salmi u quddiesa.
  7. Il-Grupp tal-Armar tal-Parroċċa qed jagħmel attivita’ ħelwa biex iferrħu t-tfal.  Għalhekk fil-21 ta’ Diċembru, Father Christmas se jiġi d-dar u jqassam ir-rigali lit-tfal tagħkom.  Min jixtieq jista’ jieħu formola mis-sagristija li fiha d-dettalji kollha meħtieġa.
  8. Infakkarkom li dan il-weekend huwa l-aħħar ċans biex iżżuru l-wirja fil-Każin tal-Banda tal-Parroċċa.  Hemm esebiti xogħolijiet li għamlu persuni b’diżabilita’ minn diversi għaqdiet.  Ikun tajjeb li mmorru nżuruha u nagħmlu kuraġġ lil dawn il-persuni għeżież.

 

Tags: No tags

Comments are closed.