Avviżi – Il-Ħadd 27 ta’ Novembru 2022


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

L-Ewwel Ħadd tal-Avvent Sena A

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. Nhar  it-Tlieta tibda in-Novena tal-Kunċizzjoni. Il-Quddiesa ta’ filgħaxija se tkun bis-sehem tat-tfal li jattendu d-dutrina u għalhekk għat-Tlieta biss se tkun fis-6:00 pm (mhux fis-6.30 pm bħas-soltu). Ir- rużarju se jkun fil-5:30 pm.
  2. Nhar it-Tlieta wkoll  ser isir coffee morning fis-sala parrokkjali fid-9:00 am. Biljetti mingħand il-helpers.
  3. Nhar l-Erbgħa se ssir quddiesa fid:9.30 am u se jkunu mistiedna l-anzjani tal-parroċċa u se jigi amministrat is-Sagrament tal-morda.
  4. Nhar il-Ħamis Rużarju fis-6:00 pm u kurunella. 6:30 pm Quddiesa bil-vestizzjoni tal-abbatini.
  5. Nhar Il-Ġimgħa hija LEwwel Ġimgħa tax-Xahar, l-adorazzjoni se ssir  fis-6:00 pm. Fis-6:30pm quddiesa u se jiġu mistiedna dawk li għandhom anniversarju speċjali dan ix-xahar. Wara ser isir pellegrinaġġ Aux flambeaux għall-pjazza Kappillan Muscat ħdejn l-istatwa tal-Modonna, fejn jingħad ir-rużarju u ssir il-konsagrazzjoni tal-familji lill-Madonna. 
  6. Nhar Is-Sibt, huwa t-Tieni Ħadd tal-Avvent. Fis-5:45 pm rużarju u għasar kantat fis-6.10 pm. 6:30 pm quddiesa.
  7. Nhar il-Ħamis 1 ta’ Diċembru se tinfetaħ wirja minn 100 persuna b’diżabilita’ fil-Każin tal-Banda tal-Parroċċa.  Din se tinfetaħ fl-10:00 am u mbagħad tiftaħ kuljum sal-4 ta’ Diċembru.  Inħeġġiġkom biex naslu wasla sal-Każin u nissapportjaw dawn l-inizjattivi sbieħ biex nagħmlu kuraġġ lil dawn il-persuni.
  8. Nhar il-Ħamis 1 ta’ Diċembru  fis-6:30 pm, se ssir adorazzjoni b’talb għall-qdusija tas-saċerdoti u għal aktar vokazzjonijiet fis-Seminarju tal-Arċisqof, ir-Rabat. Imbagħad, fis-7.30 pm quddiesa animata mis-seminaristi. Tajjeb li nattendu u nkomplu nsostnuhom bit-talb tagħna.
  9. Ghal dan l-Avvent, armajna pittura sabiħa tal-Madonna tal-Istennija.  Il-Madonna hija dik li se takkumpanjana f’din il-mixja tal-Avvent biex bħalha nilqgħu lill-Mulej. Ħdejn il-Madonna se niġbru wkoll ikel biex intuhom lill-familji fil-bżonn.  Ma dawn se jinġabru wkoll xi ġugarelli li se jitwasslu għand tfal li qegħdin fl-isptar Mater Dei. L-għaqda Mużikali tal-Parroċċa tagħna se tferraħ lil dawn it-tfal nhar it-28 ta’ Diżembru fil-11:00 am u joffrulhom dak li nkunu ġbarna.  Huwa ferħ għalina bħala Parroċċa li naħsbu f’dawk it-tfal li ma jistgħux jiċċelebraw il-Milied mal-familji tagħhom. Nitolbukom tkunu ġenerużi.
  10. Matul dawn il-ġranet qed jitqassam il-fuljett, Leħen il-Parroċċa, bil-programm ta’ Novena tal-Kunċizzjoni u tal-Milied, Inħeġġukom biex isegwu l-attivitajiet li se jsiru. Qed jitqassam ukoll l-envelop tal-Istrina għall-Parroċċa.  Dan tistgħu igġibuh magħkom il-parroċċa jew ittuh xi persuna ta’ fiduċja tagħkom biex tgħaddih il-parroċċa.  Min ikun jixtieq irċevuta, jikteb l-isem u l-indirizz fuq ġewwa u jitlob irċevuta.
  11. Nitolbu għl ruħ Anthony Farrugia li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

 

Tags: No tags

Comments are closed.