Avviżi – Il-Ħadd 26 ta’ Novembru 2023

Solennita’ ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien Kollu

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

1. Il-Ħadd filgħaxija, fl-okkażjoni tal-festa ta’ Kristu Sultan se ssir ċelebrazzjoni fil-Bażilika ddedikata lilu ġewwa Raħal Ġdid. L-Arċisqof se jmexxi t-talb fil-5:00 pm.  Waqt it-talb Mons. Arċisqof se jagħti wkoll il-messaġġ tiegħu.

2. Nhar il-Ġimgħa huwa l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, ikun hawn  l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

3. Wasal iż-żmien li l-Knisja Parrokkjali tagħna terġa’ tilqa’ x-xbieha għażiża ta’ Marija Immakulata wara xhur nieqsa minħabba r-restawr li sar fuqha. Għalhekk nhar is-Sibt  u l-Ħadd li ġej, il-Madonna se tkun esposta għall-qima tagħna fil-Knisja tal-Patrijiet Franġiskani.

4. Il-Ħadd filghodu, fil-quddiesa tad-9:30 am se ssir il-vestizzjoni tal-abbatini u l-għoti tal-ilbiesi ġodda. Nerġa’ nħeġġeġ lil ġenituri biex iħajjru t-tfal jingħaqdu mal-grupp tal-abbatini tal-Parroċċa, biex jagħtu servizz fuq l-artal.

5. Il-Ħadd fil-4:45 pm niltaqgħu għand il-Patrijiet Franġiskani biex nitolbu flimkien.  Fil-5:30 pm jibda’ ħiereġ il-pellegrinaġġ Aux Flambeaux bil-Madonna, li se jgħaddi minn dawn it-toroq: Franġiskani, Villambrosa, Roger Debattista, Liċeo, Wenzu Mallia, Qrejten, l-Isptar, Ursolini, Danny Cremona, Mimosa, Manwel Magri sal-Knisja. Għall-Pellegrinaġġ xtaqna li l-Madonna tgħaddi minn toroq li ma tgħaddix minnhom normalment. Nistieden lil kulħadd biex jieħu sehem kemm dak inhar u kemm ta’ matul il-ġimgħa għall-Programm tal-Festa Liturġika ta’ Marija Immakulata.  Minn fejn tgħaddi l-Madonna nistedinkom biex tixegħlu gallariji, twieqi u żżejnuhom bix-xbiehat tal-Madonna.  Mad-dħul tal-Madonna ikun hawn il-quddiesa.

6. Programm tal-festa qed jitqassam fid-djar kollha u fit-toroq minn fejn se tgħaddi  l-Madonna se jirċievu nota biex kulħadd ikun jaf.

7. Matul dawn il-ġranet se jitqassam l-envelope ta’ l-istrina għalhekk nitolbu lid-distributuri li  jqassmu l-fuljett biex jiġu jiġbruh mill-Uffiċċju Parrokkjali: it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa filgħodu.  Nitlobkom sabiex tgħinuna kif dejjem għamiltu.  Grazzi mill-qalb.

 

Tags: No tags

Comments are closed.