Avviżi – Il-Ħadd 25 ta’ Ġunju 2023

   It-Tnax-il Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar IT-TNEJN  Il-Ħames jum tan-Novena.  Jum tfal fis- 6:45 pm Purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna mill-Knisja Parrokkjali sal-Ħamrun Nursery. Il-Madonna tkun akkumpanjata mill-Iscouts tal-Ħamrun. 7:15 pm: Quddiesa fil-Ħamrun Nursery minn P. Christopher Farrugia OFM.  It-tfal iġibu magħhom xi ħelu biex jingħataw lit-tfal ta’ familji fil-bżonn. Wara l-Quddiesa t-tfal jingħataw ġelat.
  2. Nhar it-TLIETA  huwa s-sitt jum tan-Novena: Jum iż-żgħażagħ  6.00 pm Rużarju meditat. 6.30 pm: Quddiesa bis-sehem tal-GIFRA mmexxija minn P. Joe Magro OFM, tal-Komunità tal-Patrijiet Franġiskani. Wara l-Quddiesa, Kurunella lill-Immakulata Kunċizzjoni u jitkanta innu Marjan. Wara, Bibita għaż-żgħażagħ preżenti.
  3. L-ERBGĦA huwa s-seba’ jum tan-novena – Jum il-Komunita   Mistiedna s-saċerdoti u r-reliġjużi li ħadmu jew li ħarġu mill-parroċċa, persuni li kienu attivi fil-parroċċa, eks membri fil-Youth Centre, l-Abbatini, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-Kummissjonijiet u l-Għaqdiet tal-Parrocca. 6:00 pm Adorazzjoni għall-qdusija tal-Kleru u għall-vokazzjonijiet minn Dun Ġużepp Mifsud Bonnici. 6:30 pm Quddiesa minn Mons. Dun Ġużepp Mifsud Bonnici. Wara l-Quddiesa, Kurunella, Antifona, Barka Sagramentali u Innu lill-Immakulata Kunċizzjoni. Wara: Wine and Pizza party quddiem il-Knisja.
  4. IL-ĦAMIS niċċelebraw is-Solennita’ tal-Martirju ta’ San Pietru u San Pawl.  Huwa it-Tmien jum tan-Novena.   Fis- 6:00 pm: Rużarju meditat 6:30 pm: Quddiesa minn Dun Charles Bugeja. Il-parroċċa tiftakar f’ħutna li marru qabilna mill-festa l-oħra ‘l hawn .  Wara l-Quddiesa, Kurunella, Antifona, Barka Sagramentali u Innu lill-Immakulata Kunċizzjoni.
  5. IL-ĠIMGĦA  Id-Disa’ jum tan-Novena  Jum il-Familja. Mistednin koppji, familji u parruċċani ġodda. Issir il-preżentazzjoni tat-trabi u tat-tfal lill-Madonna kif ukoll se jkun hemm il-magħmudijiet.  6:00 pm: Rużarju meditat. 6:30 pm: Quddiesa minn Mons. Hector Scerri. Wara l-Quddiesa, Kurunella, Antifona, Barka Sagramentali u Innu lill-Immakulata Kunċizzjoni.
  6. Nhar il-Ġimgha ukoll fit-8.30 pm se jsir kunċert fit-Triq il-Kappillan Mifsud mill-Banda Immakkulata Kunċizzjoni.  Wara ssir il-preżentazzjoni tal-Fjuri f’riġlejn l-istatwa tal-Kunċizzjoni mir-rappreżentanti tat-toroq tal-Parroċċa.  Kulħadd huwa mistieden.
  7. Nhar is-SIBT  lejliet il-festa  8:15 am: Quddiesa bit-Te Deum. Jiċċelebra P. Joseph Zahra, OP, Kappillan Gwardamanġa. 6:00 pm: Translazzjoni mmexxija mill-Kappillan Dun Franco Fenech mill-Katekumenju sal-Parroċċa. Kulħadd imħeġġeġ jakkumpanja r-relikwija tal-Madonna. Ir-Relikwija se tkun akkumpanjat ukoll mill-aħwa tal-Komunita’ Neokatekumenali li se jkantaw innijiet lil Madonna matul it-toroq. Fis-6:30 pm: Quddiesa bit-talb tas-Salmi fiha iċċelebrata mill-Kappillan Dun Franco Fenech . Il-Knisja tibqa miftuha sa tard.
  8. IL-ĦADD Jum il-Festa  Fit- 8:30 am Quddiesa Solenni tal-Festa mill-Isqof Joseph Alessandro, OFM Cap. INĦEĠĠU LIL KULĦADD JATTENDI DIN IL-QUDDIESA PRINĊIPALI TAL-FESTA. 5.30 pm: It-talb tas-Salmi.  Fis-6.00 pm quddiesa ċċelebrata minn Patri Elmar Pace  li huwa mill-Parrocca tagħna u animata mil-Kor Parrokkjali ta’ San Ġwann.  Fis-7.00 p.m. toħroġ l-Purċissjoni bl-istatwa maħbuba u devota ta’ Marija Immakulata li tgħaddi minn dawn it-toroq: Manwel Magri, Kunċizzjoni, Pawlu Burlo’, Duluri, Indri Cilia, Kunċizzjoni, Triq Fatati, Pjazza Kappillan Muscat, Ġuze’ Maria Camilleri, Villambrosa, Triq Franġiskani,  Kappillan Mifsud. Nitolbukom biex nikkoperaw mal-Puluzija u  f’dawn it-toroq ma tħallux karrozzi pparkjati. Fl-ewwel parti tal-purċissjoni  ser nitolbu flimkien it-talba tar-Rużarju. Inħeġġu lil kull min jista sabiex jingħaqad magħna ħalli nitolbu flimkien bħala Komunita’ din it-talba tant ghaziza għal Ommna Marija. Fl-10.15 pm: ninġabru ħdejn il-Knisja biex fi tmiem il-purċissjoni, nagħtu tislima lill-Madonna bix-xemghat f’idejna wara d-dhul solenni fil-Knisja. Kant tal-antifona u tingħata l-barka Sagramentali. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jiġi jilqa’ l-Madonna quddiem il-Knisja.
  9. Nhar it-Tnejn, 3 ta’ Lulju, fis-6.30 pm ikollna quddiesa ta’ radd il-ħajr bis-sehem ta’ dawk kollha li taw sehemhom fl-organizzazzjoni tal-festa.
  10. Nitolbu għal ruħ Maria Stella Micallef li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Tags: No tags

Comments are closed.