Il-Ħamsa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena
– Sena Liturġika A
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
-
Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
-
Nhar it-Tlieta se jsir Coffee Morning fis-Sala Parrokkjali. Min jixtieq jista’ jkellem lil Tessie Brown jew lil Marianne. Nibdew fid-9.00 am.
-
Issa li t-tfal daqt jibdew l-iskola, nhar il-Ħadd li ġej se jkollna okkażjoni sabiħa għalihom. Se nagħmlu quddiesa fid-9.30 am animata għalihom. Fiha se jsir it-tberik tat-tfal u l-basktijiet u oġġetti tal-iskola. Għalhekk it-tfal, għalliema, LSEs, Kindergarten Assistants u ġenituri huma mistiedna biex jattendu għal din il-quddiesa. Wara l-quddiesa, nkomplu b’attivita’ għall-kulħadd fi Pjazza Kappillan Muscat. Lit-tfal se noffrulhom pizza u drink, se jkollhom facepainting u xi logħob mill-Girl Guides tal-Ħamrun.
-
Nhar il-Ħadd li ġej ikun l-ewwel Ħadd tax-xahar, għalhekk il-ġabra tkun b’rizq l-ispejjeż tal-Parroċċa. Speċjalment il-konsum tad-dawl minħabba l-AC.
-
Ix-xahar t’Ottubru huwa x-xahar ddedikat lill-Madonna tar-Rużarju. Għalhekk matul il-ġimgħa mit-Tnejn sas-Sibt jingħad ir-rużarju wara l-quddiesa tas-7.15 am. Fis-6.00 pm mbagħad jingħad ir-rużarju quddiem Ġesu’ Ewkaristija u tingħata l-barka Sagramentali.
-
Il-Ġimgħa 6 t’Ottubru se nagħmlu pellegrinaġġ żgħir mill-Knisja għall-Pjazza Kappillan Muscat fejn se nitolbu ir-Rużarju quddiem ix-xbieha tal-Madonna. Peres li dak in-nhar tkun ukoll l-ewwel Ġimgħa tax-xahar, se nieħdu magħna wkoll lil Ġesu’ Ewkaristija u nagħmlu mument ta’ Adorazzjoni u barka.
-
Is-Superjur tal-MUSEUM subien jixtieq javża li nhar it-Tnejn 25 ta’ Settembru, se jibdew il-klassijiet il-ġodda tal-Katekiżmu. Nitlobkom biex tidħlu fil-paġna tal-Facebook tal-MUSEUM Ħamrun għal aktar dettalji.
-
Nitolbu għal ruħ May (Maria Rosa) Mercieca, Georgina Portelli u Giovanna Busuttil li mietu matul din il-ġimgħa . Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
-
Nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nawgura lill-Patrijiet Franġiskani li qed jiċċelebraw il-festa ta’ għoti tal-Pjagi lil San Franġisk. Nawgurawlhom u nirringrazzjawhom tax-xogħol kollu li jagħmlu fil-Parroċċa tagħna.
-
Nixtieq ngħidilkom GRAZZI għaliex is-somma kollha li kellna bżonn għar-restawr tal-vara titulari tagħna, issa nġabret kollha. Grazzi mill-qalb lil kulħadd u verament urejtu kemm hi għal qalbna din ix-xbieha għażiża tal-Madonna fil-Parroċċa tagħna.