Avviżi – Il-Ħadd 23 ta’ Ġunju 2024

It-Tnax-il Ħadd matul is-Sena

 Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar IL-ĦAMIS huwa L-ewwel jum tan-Novena bi tħejjija għall-festa titulari. Fis-6:00 pm: Rużarju. 6:30pm: Quddiesa Quddiem il-Knisja talFranġiskani bis-sehem tas-sewwieqa. Is-Sewwieqa bil-karozzi huma mistiedna li jieħdu posthom kmieni fi triq ta’ quddiem il-Knisja tal-Franġiskani.  Wara l-quddiesa jsir it-tberik, tingħata tifkira u ssir carcade mat-toroq tal-Parroċċa. Jiċċelebra Patri Pawl Galea OFM. Għalhekk dak inhar il-Knisja tkun magħluqa. Se jkun hemm is-siġġijiet quddiem il-knisja ta’ San Franġisk. 

  2. Nhar IL-ĠIMGĦA : It-Tieni jum tan-Novena; Jum l-anzjani. Fis-6:00 pm: Rużarju. 6:30 pm: Quddiesa minn Mons. Carmelo Farrugia għall-bżonnijiet tal-anzjani tal-Parroċċa li fiha namministraw is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda. Il-Quddiesa tkun animata millKummissjoni Djakonija. Wara l-quddiesa jkun hemm bibita barra fejn l-Uffiċċju Parrokkjali .  L-anzjani tal-parroċċa huma mistiedna.

  3. Nhar IL-ĦADD  Ir-Raba’ jum tan-Novena:  JUM IL-KOMUNITA’. Mistednin speċjali l-għaqdiet ta’ Karità u Soċjali fi ħdan il-Knisja.  Għaqdiet li jaħdmu ma’ diversi oqsma ta’ persuni fil-bżonn.  Fil-quddiesa se jieħdu sehem ukoll il-barranin li jgħixu fil-parroċċa. 6:00 pm: Rużarju. 6:30 pm: Quddiesa mill-Kanonku Anthony Fitzpatrick, Kappillan tal-Parroċċa ta’ Marija  Regina il-Marsa u delegat tal-Kappillani għad-djakonija. Il-ġbir ta’ dak in-nhar se jmur għall-entitajiet ta’ karita fi ħdan il-knisja. IlQuddiesa tkun animata mill-Kor talFranġiskani Minuri mmexxi minn P. Pawl Galea OFM u mill-komunità barranija. Wara l-Quddiesa: Kurunella lill-Immakulata Kunċizzjoni u innu Marjan.  

  4. Nhar il-Ħadd se tiġi organizzata majjalata mill-Grupp Armar Festa flimkien mal-Għaqda Dilettanti tan-Nar fi Pjazza Kappillan Muscat. Booking mingħand il-membri tal-Grupp Armar u Dilettanti tan-Nar. 

  5. Is-Sibt  bejn id-9:00 am sa 12:00 pm: sejrin nagħtu id-demm. Dawk li jixtiequ jingħaqdu magħna jiġu ħdejn il-Knisja fid-9.00 am u jġibu l-karta ta’ l-identita’.  

  6. Nitolbu għal ruħ Victor Spiteri, Anna Maria Parnis, Antonia Vassallo u Carmela Fero’ li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il mistrieħ ta’ dejjem.

 

Tags: No tags

Comments are closed.