llum, mingħand il-Franġiskani se ssir manifestazzjoni bl-istatwa ta’ San Franġisk fl-okkażjoni tat-800 sena minn meta San Franġisk irċieva l-pjagi mqaddsa ta’ Sidna Ġesu Kristu. Għalħekk wara l-quddiesa tad-9.30 am aħna se noħorġu biex nilqgħu l-istatwa ta’ San Franġisk,noffru bukkett fjuri f’isem il-Parruċċani u nagħmlu talba u kant. Ilkoll mistednin sabiex tattendu għal din l-okkażjoni sabiħa anki bħala apprezzament għax-xogħol li tagħmel il-komunita’ Franġiskana fil-Parroċċa tagħna.
Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni Ewkarisitka wara l-quddies tas-6.30pm.
Nhar l-Erbgħa 25 ta’ Settembru fis-6.00pm se ssir laqgħa fil-Katekumenju għall-genituri u zgħazagħ li se jagħmlu l-Grizma din is-sena subjien u bniet. Dan biex jintroducu progett li qed jaħdem diga li jissejjaħ post cresima fejn zagħzagħ ikomplu jircievu formazzjoni u jiltaqgħu biex jikbru fuq livell uman u spiritwali. Għalkemm il-laqgħa mhix obbligatorja imma nħegġiġkom biex tattendu għal ġid ta’ wliedkom.
Nhar il-Ħadd fil-quddiesa fid-9.30 am se jqaddes l-Isqof ta’ Serena fic-ChiliMons. Henry Balzan flimkien mal-Isqof Awżiljarju Mons.Joseph Galea Curmi. Fiha se jsir it-tberik tat-tfal u l-basktijiet u oġġetti tal-iskola . Għalhekk it-tfal, għalliema, LSEs, Kindergarten Assistants u ġenituri huma mistiedna biex jattendu għal din il-quddiesa. Niltaqgħu fid-9.15 am biex nilqgħuh hekk kif jasal. Wara l-quddiesa, inkomplu b’attivita’ għal kulħadd fi Pjazza Kappillan Muscat. Il-quddiesa se tkun trasmessa fuq
Is-Superjur tal-Museum jixtieq javża li t-Tnejn 30 ta’ Settembru 2024 ser jibdew il-klassijiet il-ġodda, dwar ġranet u ħinijiet jista jara fuq in-Notice Board tal-knisja jew fuq il-Facebook: Museum Subien Ħamrun.
U s-Superjura tal-Museum bniet, tavza li l-lezzjonijiet se jibdew it-Tnejn 7 t’Ottubru. Nistedinnkom taraw fin-notice board id-dettalji.
Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali għall-anzjani Il-Caritas qed tistieden lill-anzjani tal-parroċċi għall-quddiesa li ser issir nhar it-Tlieta 1 ta’ Ottubru fil-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal il-Ġdid fil-11.00 am . Ser jiġi organizzat transport minn fejn il-knisja li jitlaq fl-10.00 am . Dawk li huma interessati jħallu isimhom fis-sagristija jew l-uffċċju parrokkjali, jew mal-ħelpers.
Il-Parroċċa, flimkien ma’ l-Għaqda Muzżikali Immakulata Kunċizzjoni se jagħmlu pellegrinaġġ għall-Fatima ġewwa l-Portugal bejn it-12 u s-16 ta’ Novembru bħala parti mill-170 sena mid-Domma ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni u l-45 anniversarju mit-twaqqif tal-istess Għaqda. Dawk li jixtiequ li nwasslulhom it-talb tagħna lill-Madonna, tistgħu tiktbu l-intenzjonijiet tagħkom u titfuhom fil-kaxxa li hemm ħdejn il-Madonna biex imbagħad inkunu nistgħu intellgħuhom magħna u noffruhom fil-quddiesa bil-malti li se ssir fis-santwarju ta’ Fatima.
Fl-aħħar ġimgħa ta’ Ottubru se jiġi organizzat bazaar fis-sala Dun Manwel . Dawk li għandhom xi pjanti u oġġetti oħra li jistgħu jagħtuhom donazzjoni biex jinbiegħu, napprezzaw kull għajnuna.