Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena
Sena Liturġika B
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
-
Minn nhar il-Ġimgħa li ġej sal-Ħadd 3 ta’ Ottubru se jiġi organizzat bazaar fis-sala Dun Manwel. Grazzi lilkom ilkoll li tajtu l-kontribut taghkom u ġibtu oġġetti biex jinbiegħu jew tajtu offerti.
-
Infakkarkom li ħdejn in-niċċa tal-Madonna hemm formoli li intom tistgħu tieħdu magħkom u tiktbu t-talb tagħkom lil Madonna biex intellgħuhom magħna ġewwa Fatima il-Portugal f’Novembru li ġej u noffruhom fil-quddiesa bil-malti li se ssir fis-santwarju ta’ Fatima.
-
Il-Ħamis 31 ta’ Novembru se nagħlqu x-xahar ta’ Ottubru, ix-xahar tar-Rużarju fi Triq Ċensu Bugeja. Fis-6.00 pm: Quddiesa u fis-6.30 pm Rużarju quddiem Ġesu’ Ewkaristija. Nistieden lil kulħadd biex ningħaqdu flimkien u nagħlqu dan ix-xahar tant għażiż għalina.