It-Tlettax-il Ħadd matul is-Sena
– Sena Liturġika A
FESTA TITULARI TAL-PARROĊĊA
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
- (Sibt) Għada IL-ĦADD Jum il-Festa Fit- 8:30 am: Quddiesa Solenni tal-Festa mill-Isqof Joseph Alessandro, OFM Cap. INĦEĠĠU LIL KULĦADD JATTENDI DIN HI IL-QUDDIESA PRINĊIPALI TAL-FESTA.
(Il-Ħadd) illejla 5.30 pm: It-talb tas-Salmi. Fis-6.00 pm quddiesa ċċelebrata minn Patri Elmar Pace li huwa mill-Parroċċa tagħna u animata mill-Kor Parrokkjali ta’ San Ġwann.
Fis-7.00 p.m. toħroġ il-Purċissjoni bl-Istatwa maħbuba u devota ta’ Marija Immakulata li tgħaddi minn dawn it-toroq: Manwel Magri, Kunċizzjoni, Pawlu Burlo’, Duluri, Indri Cilia, Kunċizzjoni, Triq Fatati, Pjazza Kappillan Muscat, Ġuze’ Maria Camilleri, Villambrosa, Triq Franġiskani, Kappillan Mifsud. Nitolbukom biex nikkoperaw mal-Puluzija u f’dawn it-toroq ma tħallux karrozzi pparkjati. Fl-ewwel parti tal-purċissjoni ser nitolbu flimkien it-talba tar-Rużarju. Inħeġġu lil kull min jista sabiex jingħaqad magħna ħalli nitolbu flimkien bħala Komunita din it-talba tant għaziza ghal Ommna Marija. Fl-10.15 pm: ninġabru hdejn il-Knisja biex fi tmiem il-purċissjoni, naghtu tislima lill-Madonna bix-xemghat f’idejna wara d-dhul solenni fil-Knisja. Kant tal-antifona u tingħata l-barka Sagramentali. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jiġi jilqa’ l-Madonna quddiem il-Knisja.
2. Nhar it-Tnejn, 3 ta’ Lulju, fis-6.30 pm ikollna quddiesa ta’ radd il-ħajr bis-sehem ta’ dawk kollha li taw sehemhom fl-organizzazzjoni tal-festa.
3. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, għalhekk ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
4. Nixtieq navżakom li l-Ufficcju Parrokkjali mhux se jkun miftuħ it-Tnejn 3 ta’ Lulju. Imbagħad jiftaħ l-Erbgħa u l-Ġimgha filgħodu.
5. Nitolbu għal ruħ Rose Zammit li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.