Avviżi – Il-Ħadd 18 ta’ Ġunju 2023

   Il-Ħdax-il Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar it-Tlieta 20 ta’ Ġunju se ssir zjara lid-Dar tal-Kleru Birkirkara, fejn jgħixu saċerdoti u patrijiet anzjani u morda, fejn se ssir quddiesa u adorazzjoni u nżuru lis-saċerdoti li jgħixu hemmhekk. Min jixtieq jiġi javża fl-uffiċċju parrokkjali jew lil Christine fuq 21240092.
  2. Nhar IL-ĦAMIS 22. L-ewwel jum tan-Novena bi thejjija għall-festa titulari. Fis-6:00 pm: Rużarju. 6:30 pm: Quddiesa Quddiem il-Knisja tal-Franġiskani bis-sehem tas-sewwieqa. Is-Sewwieqa bil-karozzi huma mistiedna li jieħdu posthom kmieni fit-triq ta’ quddiem il-Knisja tal-Franġiskani.  Wara l-quddiesa jsir it-tberik, tingħata tifkira u ssir carcade mat-toroq tal-Parroċċa. Jiċċelebra Patri Pawl Galea OFM. Mistednin il-membri tal-Kummissjoni Festa, il-Grupp Armar Festa, l-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni u l-Għaqda Dilettanti tan-Nar. Ghalhekk dak inhar il-Knisja tkun magħluqa.
  3. IL-ĠIMGĦA 23: It-Tieni jum tan-Novena; Jum l-anzjani bit-tema: MARIJA FARAG TAGĦNA. Fis-6:00 pm: Rużarju. 6:30 pm: Quddiesa minn Mons. Joe Bajada għall-bżonnijiet tal-anzjani tal-Parroċċa li fiha namministraw is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda. Il-Quddiesa tkun animata mill-Kummissjoni Djakonija. Wara l-quddiesa: tingħad il-Kurunella lil Imm. Kunċizzjoni u wara jkun hemm bibita barra fejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
  4. IS-SIBT 24 It-Tielet jum tan-Novena bit-tema: HAWN HI L-QADDEJJA TAL-MULEJ. 6:00 pm: Rużarju meditat. 6:30 pm: Quddiesa mill-Kappillan Dun Franco Fenech. Mistednin il-parruċċani kollha li jisimhom għal Marija. Jingħata l-mandat lir-reffiegħa tal-vara. FI TMIEM IL-QUDDIESA TINĦAREĠ L-ISTATWA MAĦBUBA U DEVOTA TA’ MARIJA IMMAKULATA. Wara l-quddiesa: Kulħadd mistieden jibqa’ ftit ħin fil-Knisja għall-innijiet ta’ tifhir lil Marija mill-Kor tal-Parroċċa.
  5. IL-ĦADD 25.  Ir-Raba’ jum tan-Novena bit-tema: MARIJA OMM IL-ĦNIENA. Mistednin speċjali l-barranin li jgħixu fil-parroċċa u l-għaqdiet ta’ karità u soċjali. 6:00 pm: Rużarju meditat. 6:30 pm: Quddiesa minn P. Marcellino Micallef OFM. Il-ġbir ta’ dak in-nhar se jmur għas-Soup Kitchen li tipprovdi ikel lil persuni vulnerabbli. Il-Quddiesa tkun animata mill-Kor tal-Franġiskani Minuri mmexxi minn P. Pawl Galea OFM u mill-komunità barranija. Wara l-Quddiesa: Kurunella lill-Immakulata Kunċizzjoni u innu Marjan.
  6. Matul in-Novena kollha se tinxtegħel xemgħa kuljum quddiem l-istatwa tal-Madonna għal kull Triq biex nitolbu għar-residenti. Inħeġġu lir-residenti tat-toroq biex jattendu bi ħġarhom.
  7. Is-Sibt 24 bejn id- 9:00 am sa 12:00 pm: sejrin nagħtu id-demm. Dawk li jixtiequ jingħaqdu magħna jiġu ħdejn il-Knisja fid-9.00 am u jġibu l-karta ta’ l-identita’.
  8. Nhar il-Ħadd ser jigi organizzat bbq mill-Grupp armar festa flimkien mal-għaqda dilettanti tan-nar fi pjazza Kappillan Muscat. Booking mingħand il-membri tal-Grupp Armar u dilettanti tan-Nar.
  9. Bhas-soltu qed nilqgħu donazzjonijiet għall-fjuri friski biex iżejjnu l-Knisja fi żmien il-festa. Għal kull donazzjoni se jitwaħħal biljett hdejn il-vara ta’ Marija Immakulata.
  10. Nawguraw lil missirijiet kollha illum Jum Il Missier.
Tags: No tags

Comments are closed.