Infakkrukom li matul ir-Randan, kull nhar ta’ Tlieta, il-Ġimgħa u l-Ħadd nitolbu l-Via Crucis fis-6:00 pm. Fil-ġranet l-oħra jingħad ir-rużarju.
Din is-sena, l-Eżerċizzi tar-Randan se jsiru bħas-sena l-oħra , KULL NHAR TA’ ĠIMGĦA matul ir-Randan, fis-6:00 pm Via Sagra, 6:30 pm Quddiesa, wara jsir il-ħsieb minn membru tal-MUSEUM u nagħlqu bil-barka Sagramentali. Se nibdew minn nhar il-Ġimgħa.
Kull nhar ta’ Sibt, nistedinkom biex tiġu ftit qabel il-ħin. Fis-5:45 pm nitolbu r-Rużarju, fis-6:10 pm inkantaw is-salmi u fis-6:30 pm quddiesa.
Nhar it-Tlieta 27 ta’ Frar iċ-Ċentru tal-anzjani se jorganiżża ħarġa bil-quddiesa. Sejrin ninviżtaw ir-Rendentur ta’ l-Isla. Wara nieħdu xi ħaġa flimkien. Tluq fid-9 am minn quddiem il-knisja. Biljetti mingħand il-helpers.
Matul din il-ġimgħa qed inqassmu fuljett għal kull familja bil-programm tal-attivatijiet kollha tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa. Nistedinkom biex tħarsu lejh u taraw dak kollu li jkun qed isir.
Minn nhar it-Tnejn, għall-kumplament tar-randan, fil-Katekumenju isir it-Talb tat-Tifħir ta’ sbiħ il-jum. Hija stedina miftuħa għal kulħadd. Min jixtieq jingħaqad magħna jista’ jattendi. Nibdew mis-6.15 am sas-7.00 am.
Qed jitqassam ukoll l-Envelope għall-ewwel ġabra tal-Festa titulari. L-envelopes bl-offerti tistgħu twassluhom fil-knisja jew l-uffiċċju parrokkjali jew fil-kaxxa tal-ittri tad-dar parrokkjali, imma xi helpers se jiġu jiġbruhom ukoll id-dar. Nafda fil-ġenerozita tagħkom biex inkunu nistgħu nagħmlu festa sabiħa lill-Ommna Marija Immakulata. U grazzi lil dawk fostkom li diġa avviċinawni u wasslu l-għotja tagħhom.
Nitolbu għal ruħ Marion Grech li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.