54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent Sena A
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
- Matul din il-ġimgħa nkomplu bin-Novena tal-Milied wara l-quddiesa ta’ filgħaxija nkantaw il-kurunella tal-Bambin Ġesu. Inħeġġukom biex tattendu għan-novena ħalli nagħmlu mill-Milied, festa spiritwali.
- Nhar il-Ħamis issir l-adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
- Nhar is-Sibt, il-Vġili tal-Milied, fi-6.00 pm nieħdu sehem fil-purċissjoni bil-Bambin, li se tibda’ mill-Mużew tas-subien fi Triq Kanonku Bonnici, tgħaddi għall-Triq Barth, Triq Brighella, Triq Santu Wistin u Triq il-Kbira San Ġużepp, Triq il-Ferrovija, Triq Indri Cilia, Triq Manwel Magri u nidħlu hawnhekk fil-Knisja tagħna fejn jittellgħa programm żgħir ta’ kant u poeżiji. Kulħadd huwa mistieden speċjalment nħeġġu l-ġenituri biex jieħdu t-tfal tagħhom.
- Aktar tard Fil-10.45 pm pm tibda l-Velja tal-Milied. Din is-sena il-Velja se tieħu forma differenti aktar ħajja. Għandna persuna professjonali li kiteb apposta 3 sketches b’temi u messaġġ attwali ħafna. L-Isketches se jkunu mżewwqa b’kant mill-Kor u mit-tfal. Fil-12.00 am (nofsilejl) tibda’ Quddiesa Solenni, li fil-bidu tagħha issir il-piedka minn żewġ abbatini aħwa. Wara l-quddiesa nkomplu naqsmu l-awguri tagħna għall-Milied billi nieħdu xi ħaġa flimkien.Nhar il-Erbgħa 28 ta’ Diċembru se ssir quddiesa fid-9.30am bil-priedka tat-tfal li li tkun saret lejliet il-Milied. Mistiedna speċjali l-anzjani tal-Parroċċa fis-sala tal-mixja Neokatekumenat wara l-knisja. Wara nieħdu xi ħaġa flimkien.
- Nixtieq nirringrazzja lil dawk li diġa ġabu l-envelop bl-għotja tagħkom għall-l-istrina tal-Parroċċa. Napprezzaw jekk dawk fostkom li għadhom ma ġabuhomx, iġġibuhom fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija jew tibgħatuhom ma’ persuna ta’ fiduċja tagħkom.
- Inħeġġukom ukoll biex iżżommu l-bolol użati u ġġibuhom magħkom għaliex dawn qed jinġabru biex jinbiegħu u jintbagħtu flus il-missjoni. Tistgħu iġġibuhom hawn fil-Knisja maghkom.
- Nitolbu għal ruħ Ġuża Montebello u Mary Burlo’ li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.