Avviżi – Il-Ħadd 17 ta’ Novembru 2024

It-Tlieta u Tletin Ħadd matul is-Sena

 Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

 

  1. Il-booking għall-quddies għar-ruħ il-mejtin fil-ktieb tas-sena d-dieħla, se jibda minn għada t-Tnejn sal-Ġimgħa bejn 9 sa nofsinha, u bejn l-4.00 sas-6.30 pm. Infakkru li kull nhar ta’  Tlieta, Ħamis u Sibt ma naċċettawx booking għall-quddies. Min ikun irid quddiesa f’dawn l-ġranet, jista’ jiftiehem mas-saċerdot li jkun se jqaddes. Importanti li ġġibu bil-miktub għal min tridu l-quddies, id-data u f’liema quddiesa

  2. Iċ-Ċentru tal-anzjani ser jorganiżza ħarġa bil-quddiesa għall-anzjani nhar l-Erbgħa. Se mmorru għand il-Patrijiet Kapuċċini l-Kalkara u niċċelebraw quddiesa għall-erwieħ ta’ qrabatna u wara mmorru nieħdu xi ħaġa flimkien. Biljetti u aktar tagħrif mingħand il-helpers. Tluq minn fejn il-knisja fid-8.45 am.

  3. Nhar l-Erbgħa l-quddiesa tas-6.30 pm tkun b’suffraġju għas-saċerdoti u reliġjużi li ħadmu fil-parroċċa tagħna kif ukoll għall-erwieħ tal-parruċċani li mietu minn  Novembru tas-sena l-oħra. Niftakru fid-dover tagħna li nitolbu għal dawk li ħallewna u dawk li ħadmu fil-parroċċa tagħna.

  4. Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa tas-6.30 pm, ikun hawn l-Adorazzjoni

  5. Nhar il-Ħamis 21 ta’ Novembru u l-Ġimgħa 22 ta’ Novembru 2024 fis-6 p.m.ser isir l-Assemblea Djoċesana fis-sala taċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni (ĊAK), B’Kara. Hemmhekk l-Arċisqof jiltaqgħa ma’ rapreżentanti ta’ oqsma differenti fil-knisja f’Malta. Nitolbu biex l-Assemblea Djoċesana tħalli ħafna frott fil-ħidma pastorali tal-knisja.

  6. Nixtiequ navżaw li nhar Il-Ħadd 1 ta’ Diċembru, ser issir il-mixgħela tal-Koppla. Ikun ukoll il-bidu tal-festa liturġika tal-Immakulata Kunċizzjoni.  Il-quddiesa tkun fis-6.00 pm (u mhux fis-6.30 pm).  Imbagħad ikollna il-ħruġ tal-Madonna min-niċċa, il-mixegħla tal-koppla u kunċert ta’ innijiet Marjani mill-Banda tagħna u mill-Kor Parrokkjali.  Wara nieħdu xi ħaġa flimkien.

  7. Nhar il-Ħadd se tiġi ċċelebrata il-festa liturġika  ta’ Kristu Re fil-knisja ta’ Raħal il- Ġdid. Fil-5 pm ċelebrazzjoni tat-Tieni għasar u  wara issir riflessjoni minn Mons Arċisqof Charles Scicluna.   Wara ikun hemm quddiesa fis-6.30 pm

  8. Nhar is-Sibt u l-Ħadd ser isir il-ġabra għall-iskejjel tal-knisja. 

Tags: No tags

Comments are closed.