Avviżi – Il-Ħadd 16 ta’ Ġunju 2024

Il-Ħdax-il Ħadd matul is-Sena

 Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

1. Fl-okkażjoni tal-170 sena mid-Domma tal-Immakulata Kunċizzjoni u l-45 sena mit-twaqqif tal-Għaqda Mużikali Marija Immakulata, l-istess Għaqda Mużikali se tippreżenta warda tad-deheb lill-Istatwa maħbuba tagħna. Din il-warda diġa ġiet preżentata meta għamilna l-mawra ġewwa Lourdes u l-ġimgħa d-dieħla se nitilgħu Ruma biex titbierek mill-Papa Franġisku f’udjenza privata li se jkollna miegħu. Hija se żżejjen l-istatwa titulari tagħna dak in-nhar tal-Festa meta tasal quddiem il-Każin. Jalla din il-warda tkun verament simbolu ta’ l-imħabba tagħna lejn Ommna Marija Immakulata u lejn il-Parroċċa tagħna. Jalla aħna lkoll nikbru fl-imħabba vera lejn Ommna Marija.

2. Infakkarkom li illum, fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier, se jitqassmu l-ikliet ġentilment offruti mill-Għaqda Mużikali lil dawk li kienu applikaw. Infakkar li t-tielet ikla se titqassam f’jum il-festa tagħna.

3. F’isem l-Għaqda Armar tal-Parroċċa, nirringrazzjakom tal-koperazzjoni tagħkom waqt l-armar tal-Parroċċa. Niftakru li dawn jaħdmu volontarjament, bla ebda nteressi u jaħdmu bil-qalb biex nagħmlu festa xierqa lil Ommna Marija. Għalhekk tajjeb li aħna nikkoperaw magħhom u fejn nistgħu ngħinuhom ukoll. Inħeġġeġ biex narmaw gallariji u twieqi għal jiem tal-festa biex hekk inkomplu nsebbħu ir-raħal tagħna.

4. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni Ewkarisitka wara l-quddiesa tas-6.30 pm.

5. Nhar il-Ġimgħa se ssir ftira night fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.

6. Nhar l-Erbgħa li ġej fis-6.30 pm se ssir quddiesa ta’ ringrazzjament ta’ għeluq it-47 sena minn meta Mons. Joe Bajada u sħabu ġew ordnati saċerdoti. Ningħaqdu magħhom biex nirringrazzjaw lill-Mulej għas-sejħa tagħhom u għal ġid kollu li sar matul dawn is-snin bħala saċerdoti. Nitolbu għalihom.

7. Nitolbu għal ruħ Maria Mintoff li daħlet fil-ħajja ta’ dejjem. Agħtiha Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Tags: No tags

Comments are closed.