Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni Ewkarisitka wara l-quddiesa tas-6.30 pm
Issa li tfal daqt jibdew l-iskola, nhar il-Ħadd 29 ta’ Settembru se jkollna okkażjoni sabiħa għalihom. Se nagħmlu quddiesa fid-9.30 am animata għalihom. Dakinhar se jqaddes l-Isqof ta’ Serena fic-Chili Mons. Henry Balzan. Fiha se jsir it-tberik tat-tfal u l-basktijiet u oġġetti tal-iskola . Għalhekk it-tfal , għalliema, LSEs, Kindergarten Assistants u ġenituri huma mistiedna biex jattendu għal din il-quddiesa. Niltaqgħu fid-9.15 am biex nilqgħuh hekk kif jasal. Wara l-quddiesa, inkomplu b’attivita’ għal kulħadd fi Pjazza Kappillan Muscat. Il-Quddiesa se tkun trasmessa fuq TVM.
Il-Parroċċa, flimkien ma’ l-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni se jagħmlu pellegrinaġġ għall-Fatima ġewwa l-Portugal bejn it-12 u s-16 ta’ Novembru bħala parti mill-170 sena mid-Domma ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni u l-45 anniversarju mit-twaqqif tal-istess Għaqda. Dawk li jixtiequ li nwasslulhom it-talb tagħhom lill-Madonna, tistgħu tiktbu l-intenzjonijiet tagħkom u titfuhom fil-kaxxa li hemm ħdejn il-Madonna biex imbagħad inkunu nistgħu intellgħuhom magħna u noffruhom fil-quddiesa bil-malti li se ssir fis-santwarju ta’ Fatima.
Bħalissa għandna fostna r-relikwija ta’ parti mill-ġebel tal-għolja ta’ Laverna, il-post fejn San Franġisk, 800 sena ilu eżatt, irċieva l-pjagi mqaddsa ta’ Sidna Ġesu’ Kristu. Din se tagħmel ġimgħa magħna sal-Ħadd meta se jsir pellegrinaġġ mingħand il-Patrijiet Franġiskani, bl-istatwa ta’ San Franġisk mat-toroq tagħna. Dak in-nhar ir-relikwija tittieħed mill-Knisja tagħna għal għand il-Patrijiet Villambrosa. Il-Programm tal-festi li se jagħmlu l-Franġiskani qiegħed fin-notice board.
Nitlob lil ġenituri tat-tfal subien u bniet li se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof fit-3 ta’ Novembru li ġej biex jiġu jirreġistraw it-tfal fl-uffiċċju Parrokkjali. Importanti li ġġibu magħkom iċ-ċertifikat tat-twelid il-kbir u ċ-ċertifikat tal-magħmudija (jekk ma jkunux tgħammdu fil-Parroċċa tagħna). Il-ħinijiet tal-Uffiċċju huwa nhar ta’ Tnejn mid-9.00 am ‘il quddiem u nhar ta’ Ġimgħa mill-4.30 pm ‘il quddiem. Is-Sagrament tal-Griżma se jiġi amministrat mill-E.T. Mons. George Frendo.