Avviżi – Il-Ħadd 15 ta’ Diċembru 2024

It-Tielet Ħadd ta’ l-Avvent 

 Sena Liturġika Ċ

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

 

  1. Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikun hawn l-adorazzjoni Ewkaristika.

  2. Nhar is-Sibt ir-Raba’ Ħadd tal-avvent fis-5.45 pm rużarju u fis-6.10 pm nitolbu bis-Salmi.

  3. Kif qed taraw, matul il-ġranet ta’ l-avvent poġġejna qfief apposta biex niġbru ikel biex intuhom lill-familji fil-bżonn. U bħalma sar is-sena l-oħra qegħdin jinġabru wkoll xi ġugarelli li se jitwasslu għand tfal li qegħdin fl-isptar Mater Dei. L-Għaqda Mużikali tal-Parroċċa tagħna , flimkien mal-Grupp Armar u l-Parroċċa ngħataw permess mill-Ministeru biex iferrħu lil dawn it-tfal nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Diċembru fil-11.00 am u joffrulhom dak li nkunu ġbarna. Nitolbukom tkunu ġenerużi.

  4.  Infakkarkom ukoll biex l-envelopes bl-offerta tal-istrina għall-Knisja ġġibuhom il-Knisja jew tibgħatuhom ma xi ħadd tal-fiduċja tagħkom. Jistgħu jinġabru wkoll mid-djar taghkom minn persuna imqabbda minni. Grazzi għal kull għajnuna li dejjem tagħtu.

  5. Wasal Kliem il-Hajja , nitolbu dawk li soltu jqassmuh jiġu għalih fil -ħinijiet tal-uffiċċju filgħodu.

  6.  Nhar is-Sibt 28 ta’ Diċembru fid-9.00 am se ssir quddiesa bil-priedka tat-tifel li tkun saret lejliet il-Milied. Mistiedna speċjali l-anzjani tal-Parroċċa . Din se tkun fis-sala tal-Mixja Neokatekumenali wara l-knisja. Wara nieħdu xi ħaġa flimkien. Dawk li jixtiequ, jistgħu jiġu jagħtu isimhom fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija.

  7. Min jixtieq iġib xi Ponsjetta biex tintrama fil-Knisja nirringrazzjakom ħafna.

  8. . Infakkarkom ukoll biex lejliet il-Milied, tieħdu sehem, flimkien mat-tfal tagħkom għad-dimostrazzjoni bil-Bambin organizzata mill-membri tal-Museum. Din tibda’ fis-6.00 pm, iddur ma diversi toroq u din is-sena tispiċċa hawnhekk fil-Knisja tagħna fejn isir programm qasir. Imbagħad fil-10.45 pm tibda’ l-velja fil-Knisja bis-sehem tat-tfal u l-Kor Parrokkjali tagħna u f’nofsillejl il-quddiesa tal-Milied. Ma nistgħux niċċelebraw Milied mingħajr il-Bambin Ġesu’.

  9. Nitolbu għal ruħ Carlo De Dono u Josephine Zahra li mietu matul dawn il ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Tags: No tags

Comments are closed.