Is-Sitt Ħadd tal-Għid
– Sena Liturġika A
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
- Matul din Il-ġimgħa inkompli t-tberik tal-Familji
It-Tnejn : Inbierku Triq Maitland
It-Tlieta: Triq Pawlu Burlo’ u Triq Manwel Magri
L- Erbgħa:Triq Misraħ il-Barrieri
Il-Ħamis: Triq Mons Depiro
2. Għada huwa jum l-Omm. Il-Quddiesa tad-9.30 am se tkun speċjalment għall-Ommijiet kollha. Se nitolbu kemm għall-Ommijiet mejtin biex il-Mulej idaħħalhom fil-mistrieħ tiegħu, għal dawk li jkunu preżenti u anki għal dawk li jixtiequ jsiru ommijiet biex il-Mulej jisma’ talbhom. Nistieden it-tfal ukoll jingħaqdu magħna jitolbu għall-ommijiet tagħhom u nagħmlulhom festa sabiħa. Dak in-nhar se titkellem ukoll Omm ta’ 6 itfal fuq l-esperjenza tagħha bħala Omm. L-ommijiet kollha se jinghataw ukoll tifkira.
3. L-Erbgha 24 ta’ Mejju se ssir laqgħa għal kulħadd mis-Superjur Joe Fenech. Nibdew wara l-quddiesa tat-8.15 am. Min jista’ ma jitlifx din l-okkażjoni biex jisma’ kelma tajba mis-Superjur li huwa tant imfittex biex jagħti laqgħat sbieħ.
4. Nhar il-Ħamis issir l-Adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
5.Nitolbu għal ruh Lizia Aquilina li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.