It-Tmienja u Għoxrin Ħadd matul is-Sena
Sena Liturġika B
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
-
Nhar it-Tlieta fis-6.30 pm ser issir laqgħa għall-Ġenituri, Parrini u tat-tfal subien u bniet li se jagħmlu l-Griżma f’Novembru li ġej. Din ser issir fil-Musuem tas-Subien Triq Kanonku Bonnici.
-
Nhar l-Erbgħa li ġej se jkun hawn fil-Knisja tagħna siegħa ma’ Ġesu’ Ewkaristija. Din se tkun organizzata mill-Kappillan, flimkien mas-Sur Edward Spiteri. Il-ħsieb huwa li din l-Adorazzjoni tibda’ ssir kull tieni Erbgħa ta’ kull xahar. Nibdew fid-9.00 pm sal-10.pm
-
Fl-aħħar ġimgħa ta’ Ottubru se jiġi organizzat bazaar fis-sala Dun Manwel. Filwaqt li nirringrazzja minn qalbi lil dawk kollha li taw il-kontribut tagħhom f’oġġetti u għotjiet, nistieden lil dawk li għandhom xi pjanti, preserves u oġġetti oħra, biex iġibuhom il-knisja jew l-uffiċċju Parrokkjali. Ħdejn il-bieb ta’ barra hemm qoffa li fiha tistgħu tħallu oġġetti għall-bazaar.
-
Infakkarkom li ħdejn in-niċċa tal-Madonna hemm formoli li intom tistgħu tieħdu magħkom u tiktbu t-talb tagħkom lil Madonna biex intellgħuhom magħna ġewwa Fatima il-Portugal f’Novembru li ġej u noffruhom fil-quddiesa bil-malti li se ssir fis-santwarju ta’ Fatima.
-
Nhar il-Ħadd li ġej huwa JUM IL-MISSJONI u għalhekk il-ġbir imur kollu għall-bżonnijiet tal-Missjoni.
-
Nitolbu għal ruħ David Atkins u Maria Stella White li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.