It-Tielet Ħadd tar-Randan -Sena A
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
- Nhar il -Ġimgħa, nkomplu bit-tielet laqgħa tal-eżerċizzi fis-6.00 pm Via Crucis, 6.30 pm Quddiesa, wara jsir il-ħsieb ta’ 15-il minuta u nagħlqu bil-barka Sagramentali. Iqaddes u jagħmel il-ħsieb Mons. Hector Scerri.
- Nhar il-Ħadd li ġej 19 ta’ Marzu, hija l-festa ta’ San Ġużepp. Għall-quddiesa ta’ 9.30 am huma mistiedna b’ mod speċjali dawk kollha li jisimhom għal San Ġużepp.
- Nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Marzu se ssir FTIRA NIGHT bit-tombla b’risq il-festa. Nibdew 7.45 pm fis-Sala Parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.
- Bħal kull sena se niġbru il-figolli li se jingħataw lill-persuni b’diżabilita’ f’quddiesa li ssir l-għada tal-Għid.
- Il-Parroċċa se torganizza pellegrinaġġ għal-Lourdes bejn 18 – 22 ta’ Lulju . Dawk li huma nteressati jieħdu programm bid-dettalji mill-uffiċċju parrokkjali jew mis-Sagristija. Imma jeħtieġ li jgħiduli li huma nteressati għax l-aġenzija qed titlobni d-dettalji.
- Infakkar fil-laqgha tal-First Aid li se ssir nhar il-Ħamis 16 ta’ Marzu fis-6.00 pm fi Pjazza Kappillan Muscat. Tajjeb li nkunu nfurmati dwar x’nistgħu nagħmlu f’każ ta’ bżonn. Min jattendi se jingħata wkoll ċertifikat mill-jobsplus.
- Infakkar ukoll fl-attivita’ KRISTU FI TRIQATNA li se ssir mal-Ħamrun kollu nhar is-26 ta’ Marzu. Inħeġġeġ lil kulħadd biex nieħdu sehem f’dan il-pellegrinaġġ li hu l-ewwel tax-xorta tiegħu fir-Raħal tagħna. Se jibda’ mill-Knisja tagħna bix-xbieha għażiża tal-Kurċifiss fil-5.00 pm. Kif nidħlu fil-Knisja se tiġi ċċelebrata quddiesa minn Mons. Isqof George Frendo, Dumnikan.
- It-Tnejn 3 t’April fis-7.15 pm se isir hawnhekk fil-Knisja, mument ta’ riflessjoni u mużika għal dan iż-żmien tar-Randan. Inħeġġiġkom biex nattendu u hekk nibdew nidħlu sew fl-ispirtu tal-Ġimgħa Mqaddsa. Dan se jsir mill-Banda Immakulata Kuncizzjoni u persuni li jinterpretaw personaġġi Bibliċi.
- Nitolbu għal ruħ Doris Libreri li mietet matul dawn il-ġranet. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.