Illum qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Gejtanu. Nawguraw minn qalbna lill-Arċipriet Dun Walter, is-Saċerdoti u l-Parruċċani kollha, li din il-festa tħalli ġid spiritwali.
Nhar Il-Ħamis hija s-Solennita’ tat-Tlugħ fis-Sema ta’ Ommna Marija. Infakkru li hija festa bl-obbligu tal-quddies. Il-Quddiesa ta’ l-Erbgħa filgħaxija u l-ġurnata tal-Ħamis jkun bħal ta’ nhar ta’ Ħadd.
Nhar il-Ġimgħa jaħbat is-61 sena minn mindu nfetħet il-Knisja tagħna u saret fiha l-ewwel quddiesa mmexxija mill-E.T. Mons. Isqof Emanuel Galea. Għalhekk ikun xieraq li nirringrazzjaw lil Alla tal-ġid kollu li sar f’din il-Knisja matul is-snin u nitolbu li l-Parroċċa tagħna tkun komunita’ ħajja ta’ fidi.
Jekk Alla jrid, nhar l-Erbgħa 21 ta’ Awwissu se jibda’ x-xogħol tal-koppla minn ġewwa. Minn dak in-nhar il-quddies ta’ matul il-ġimgħa se jibda’ jsir fis-sala Dun Manwel minħabba l-periklu li jista’ jkun hawn fil-Knisja u wkoll biex ix-xogħol ikun jista’ jibda’ jsir minn kmieni filgħodu u għalhekk ma ntawwlux bla bżonn. Iżda fil-weekend, jiġifieri is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd isir il-quddies fil-Knisja bħas-soltu. Minn dak in-nhar, ma jkunux jistgħu isiru funerali fil-Parroċċa. Niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent, imma qed nagħmlu ħilitna biex ix-xogħol jitlesta malajr kemm jista jkun. U grazzi tal-koperazzjoni tagħkom.