Avviżi – Il-Ħadd 10 ta’ Settembru 2023

It-Tlieta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

 

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

  2. Din il-ġimgha komplew deħlin aktar donazzjonijiet għar-restawr tal-vara titulari: kellna 2 ta’ €50, 2 ta’ €40, 2 ta’ €10 u 1 ta’ €5.  Is-somma miġbura sa issa hija ta’ €7,110.  Grazzi mill-qalb għall-ġenerożita’ tagħkom.  Baqa’ biss madwar €1,890 x’jinġabru. Kuraġġ!

  3. Jidher li se jkollna tibdil ukoll fil-Museum tas-subien. Is-superjur Raymond  D’Amato u s-soċju Mario se jieqfu jagħtu servizz fil-Museum tal-Parroċċa, imma ġew imsejjħa sabiex jagħtu s-servizz tagħhom fil-Museum tal-Qrendi u Mqabba u Pembroke.  Ikollna ċans li nsellmulhom u nirringrazzjawhom għal dak kollu li għamlu mat-tfal permezz tal-formazzjoni spiritwali u umana.  Nagħtu merħba lis-Superjur Gwido li huwa mill-Parroċċa tagħna u lil Gejtu Caruana li issa se jibdew jagħtu servizz fil-Museum tal-Parroċċa.  Nitolbu għalihom u naħdmu flimkien għall-ġid ta’ uliedkom.

  4. Fil-weekend li ġej, il-ġbir kollu se jmur għand il-Patrijiet Franġiskani tal-Art Imqaddsa. Nippruvaw ngħinu minn qalbna biex jinżammu miftuħa postijiet u ħidmiet reliġjużi u nkunu ta’ għajnuna għal ħutna li jgħixu fl-Art Imqaddsa.

  5. Nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Settembru se ssir Pasta night fil-Euroclub Hotel ħdejn il-pool.  Nistedinkom biex tieħdu sehem f’lejla sabiħa fejn se jkollna live music, 4 kwalitajiet ta’ għaġin u ambjent rilassanti.  Tistgħu tkellmu lili jew l-uffiċċju Parrokkjali sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa 13 ta’ Settembru.  Hekk tkunu qed tgħinu wkoll lil Parroċċa fl-ispejjeż li jkollna.

  6. Bħalma diġa avżajna nhar il-Ħadd li għadda, mit-Tnejn 2 ta’ Ottubru l-quddies tat-8.15 am matul il-ġimgħa u tal-11 am nhar ta’ Ħadd mhux se jibqgħu isiru. Għalhekk il-ħinijiet tal-quddies se jkunu 6.15 am -7.15 am  u 6.30 pm u nhar ta’ Ħadd 6.30 am – 8.00 am- 9.30 am – 6.30 pm. Dawk li għandhom quddies ibbukkjat għall-erwieħ ta’ qrabathom  bejn Ottubru u Diċembru fil- quddiesa tat- 8.15 am se navżawhom meta se jsiru.

  7. Nitolbu għal ruħ Rose Sammut li mietet matul din il-ġimgħa . Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Tags: No tags

Comments are closed.