It-Tnejn u Tletin Ħadd matul is-Sena
Sena Liturġika B
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
-
Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa tas-6.30pm, ikun hawn l-Adorazzjoni
-
Navżaw li l-booking għall-quddies għar-ruħ il-mejtin se jibda minn nhar it-Tnejn 18 ta’ Novembru . Aktar dettalji tal-ħinijiet aktar ‘l quddiem.
-
Minn nhar it-Tlieta li ġej sas-Sibt filgħaxija, se nkunu qed nagħmlu l-mawra ġewwa Fatima, flimkien mal-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni. Għalhekk dawk fostkom li jixtiequ jwasslu t-talbiet tagħhom lill-Madonna fil-quddiesa bil-malti li se niċċelebraw fis-Santwarju ta’ Fatima, iridu jimlew il-formoli li jinsabu ħdejn il-Madonna u ġġibuhom hawnhekk mhux aktar tard mit-Tnejn filgħaxija. Navżaw ukoll li nhar l-Erbgħa u nhar il-Ġimgħa l-uffiċċju mhux se jkun miftuħ.
-
Iċ-Ċentru tal-anzjani ser jorganiżża ħarġa bil-quddiesa għall-anzjani nhar l-Erbgħa 20 ta’ Novembru. Se mmorru għand il-Patrijiet Kapuċċini il-Kalkara u niċċelebraw quddiesa għall-erwieħ ta’ qrabatna u wara mmorru nieħdu xi ħaġa flimkien . Biljetti u aktar tagħrif mingħand il-ħelpers.
-
Nitolbu għar-ruħ Joachim Bugeja u Teresa Pace li l-Mulej sejħilhom għal għandu matul il-ġranet li għaddew. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.