Avviżi – Il-Ħadd 1 ta’ Settembru 2024

It-Tnejn u Għoxrin Ħadd matul is-Sena

 Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar,  ikun hawn ħin t’Adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

  2. Il-parroċċa se  torganizza pasta night fil-Euroclub Hotel il-Qawra nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Settembru. Se jsir ukoll ftit tombla u se jkun hemm entertainment minn Fabrizio Faniello.  Ikollna it-trasport fis-7pm minn fejn il-knisja.   Dawk li jixtiequ jibbukkjaw jistgħu jkellmu lil kappillan jew xi ħadd mill-helpers jew fl-uffiċċju parrokkjali. Inħeġġiġkom biex tattendu biex nieħdu gost flimkien u fl-istess ħin tkunu qed tgħinuna biex intaffu l-ispejjeż li għandna tax-xogħol li qed isir.  Grazzi ħafna. 

  3. Nitlob lil ġenituri tat-tfal subien u bniet li se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof fit-3 ta’ Novembru li ġej biex jiġu jirreġistraw it-tfal fl-uffiċċju Parrokkjali. Importanti li ġġibu magħkom iċ-ċertifikat tat-twelid il-kbir u ċ-ċertifikat tal-magħmudija (jekk ma jkunux tgħammdu fil-Parroċċa tagħna).  Il-ħinijiet tal-Uffiċċju huwa nhar ta’ Tnejn mid-9.00 am ‘il quddiem u nhar ta’ Ġimgħa mill-4.30 pm ‘il quddiem. Is-Sagrament tal-Griżma se jiġi amministrat mill-ET Mons. George Frendo. 

  4. Nitolbu għar-ruħ Emanuela (Lily) Theuma  li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiħa Mulej il-midtrieħ ta’ dejjem.

Tags: No tags

Comments are closed.