L-Ewwel Ħadd tak-Avvent
Sena Liturġika Ċ
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
-
Illejla, ser ikollna okkażjoni sabiħa li għaliha mistednin ilkoll. Se niċċelebraw il-quddiesa fis-6.00 pm (u mhux fis-6.30 pm). Imbagħad ikollna il-ħruġ tal-Madonna min-niċċa, il-mixgħela tal-koppla u nkomplu b’kunċert ta’ innijiet Marjani mill-Banda tagħna u mill-Kor Parrokkjali, flimkien mal-1st Hamrun Scout Group. Wara dan ilkoll mistednin għall-bibita flimkien quddiem il-Knisja jew fis-sala jekk ikun maltemp.
-
Minn nhar l-Erbgħa jibda tlett ijiem tridu tal-Festa liturġika tal-Kunċizzjoni. Għalhekk nhar l-Erbgħa fid-9.00 am se jkun hemm quddiesa għall-anzjani. Wara jkun hemm bibita fis-sala Dun Manwel. Filgħaxija fis 6.00 pm rużarju meditat u litanija kantata . Fis -6.30 pm quddiesa animata mill-aħwa tal-Mixja Neokatekumenali bi ħsieb minn P. Alfred Scerri OFM Cap.
-
Nhar il-Ħamis fis-6.00 pm rużarju meditat u Litanija kantata. Fis-6:30pm quddiesa bi ħsieb minn P. Alfred Scerri OFM Cap.
-
Nhar il-Ġimgħa 9:00 am: Purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna bis-sehem tat-tfal tal-iskejjel tal-Ħamrun. Tluq mill-Iskola Primarja ta’ Triq l-Iskola (wara l-Għassa). Ngħaddu minn Triq Maitland, Pawlu Burlò, Kunċizzjoni, Manwel Magri sal-Knisja Parrokkjali. 9:30am: Quddiesa fil-Knisja animata mill-istudenti tal-Liceo. 6:00pm: Rużarju meditat u Litanija kantata. 6:30pm: Quddiesa bi ħsieb minn P. Alfred Scerri OFM Cap.
-
Nhar is-Sibt LEJLET IL-FESTA 6:15 pm: Translazzjoni Solenni tar-relikwija fil-Knisja u kant tal-Antifona. 6:30 pm: Quddiesa ċċelebrata minn Patri Ugolin Scerri OFM Conv. bis-sehem tal-Kor Parrokkjali. 7:30 pm: Velja ta’ Talb quddiem ix-xbieha tal-Madonna bi trasmissjoni diretta fuq Xejk TV.
-
Nhar Il-Ħadd JUM IL-KUNĊIZZJONI fid- 9:30 am: Quddiesa bis-sehem tal-Għaqdiet Soċjali u Ċivili fil-Ħamrun. Fl-10:30 am: Preżentazzjoni ta’ kuruna ta’ ward lill-Madonna ta’ fuq il-Knisja, li se tittella’ mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Fl-10:45am: Parata mill-Iscouts tal-Ħamrun sal-Pjazza Kappillan Muscat. Talb quddiem l-istatwa tal-Madonna fi Pjazza Kappillan Muscat. Tqegħid ta’ kuruni mill-Għaqdiet Reliġjużi, il-Kunsill Lokali u l-Għaqdiet Soċjali fil-Ħamrun. Wara bibita għal kulħadd mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni. Fis– 6:00pm: Rużarju meditat u Litanija kantata. 6:30pm: Quddiesa Solenni bis-sehem tal-Kor Parrokkjali mmexxija mill-Arċipriet tal-Katidral ta’ Għawdex Mons. Joseph Sultana. Wara l-Antifona u l-bews tar-relikwija. Jkun hemm bibita għal kulħadd quddiem il-knisja.
-
Matul dawn il-ġranet qed jitqassam fid-djar fuljett bil-programm tal-festa Liturġika tal-Kuncizzjoni u tal-Milied. Flimkien mal-fuljett se jitqassam l-envelope ta’ l-istrina . Nitlobkom biex tħarsu lejhom biex tkunu tistgħu tieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet kemm fil-Knisja u kemm okkażjonijiet oħra. Grazzi mill-qalb ta’ kull għajnuna. Mingħajr l-għajnuna tagħkom ma nistgħux nagħmlu dak li qegħdin nagħmlu
-
Matul il-ġranet ta’ l-avvent se jkun hemm qfief apposta biex nigbru ikel u affarijiet ohra ta’ tindif biex intuhom lill-familji fil-bżonn. Bħal ma sar is-sena l-oħra ma’ dawn se jinġabru wkoll xi ġugarelli li se jitwasslu għand tfal li qegħdin fl-isptar Mater Dei. L-għaqda Muzikali tal-Parroċċa tagħna se tferraħ lil dawn it-tfal nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Diċembru fil-11.00am u joffrulhom dak li nkunu ġbarna. Nitolbukom tkunu ġenerużi.