PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI
ĦAMRUN
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
Il-Ħadd, 14 t’ Awwissu, 2022
L-Għoxrin Ħadd matul is-sena, Sena Ċ
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
- Għada t-Tnejn hija s-Solennita’ tat-Tlugħ fis-Sema ta’ Ommna Marija. Infakkru li hija festa bl-obbligu tal-quddies li jkun bħal ta’ nhar ta’ Ħadd.
- Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikollna Adorazzjoni Ewkaristika.
- Nhar It-Tlieta jaħbat is-59 sena minn meta infetħet il-knisja tagħna u saret fiha l-ewwel quddiesa mmexxija mill-Isqof Emanuel Galea. Għalhekk ikun xieraq li nirringrazzjaw lil Alla tal-ġid kollu li sar f’din il-knisja.
- Wasal “Kliem il-Ħajja” ta’ Settembru. Nitolbu lid-distributturi biex jiġu għalihom fl-uffiċċju parrokkjali
- Nitolbu għal ruħ Miriam Grima li mietet matul dawn il-ġranet. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Stqarrija mill-kappillan Dun Mario Mifsud, kapppillan tal-parroċċa Immakulata Kunċizzjoni
Nixtieq ninfurmakom li Mons. Arċisqof talabni sabiex insir l-arċipriet il-ġdid tal-Parroċċa tal- Imsida. Kif tafu, fl-ordinazzjoni saċerdotali tagħna aħna nwegħdu ubbidjenza lejn l-isqof tagħna u għalhekk, wara tmien snin magħkom, se nerġa nibda’ mandat ieħor bħala kappillan f’parroċċa li tmiss ma’ tagħna. Nieħu din l-opportunita’ sabiex nirringrazzja minn issa lis-saċerdoti u lil ħafna u ħafna lajċi li kkoperaw miegħi sabiex naħdmu flimkien għall-ikbar ġid tal-parroċċa. Jiena ċert li intom dan se tkompluh mal-kappillan il-ġdid li l-arċisqof se jaħtar minn hawn u ftit jiem oħra.