Il-Ħadd 6 ta’ Ġunju 2021 – Corpus Christi

Avviżi

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni Tal-Ħniena Divina wara l-quddiesa tat-8.15 a.m. u filgħaxija wara l-quddiesa tas-6.30 p.m. ikollna l-adorazzjoni.
  2. Fil-ġranet li ġejjin se nqassmu il-programm tal-festa. Miegħu ser issibu l-envelop għad-donazzjoni tagħkom għall-ispejjeż tal-festa. Għalkemm il-festa se tkun ta’ ġewwa biss xorta hemm spejjeż mhux tas-soltu bħall-orkestra u l-fjuri. Għalhekk nitolbukom li tkunu ġenerużi. L-Envelops mhux ser jinġabru imma ġibuhom intom jew il-knisja jew fl-uffiċċju parrokkjali . Min għandu xi diffikultà biex iwassal id-donazzjoni tiegħu iċemplilna u niġu għaliha aħna jew jibagħtuha ma’ persuna ta’ fiduċja.
  3. Nitolbu għal Carmen Azzopardi li mietet matul din il-gimgħa. Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 30 ta’ Mejju 2021 – Solennita’ Trinita’ Qaddisa

AVVIZI

  1. Minn nhar it-Tnejn nagħtu bidu għall-Ġimgħa Ewkaristika bi tħejjija għall-Festa ta’ Corpus Christi li se niċċelebraw il-Ħadd li ġej, għalhekk matul din il-ġimgħa mit-Tnejn sas-Sibt se jkun hawn adorazzjoni kuljum wara l-quddiesa ta’ filgħaxija. Inħeġġukom li min jista’ jattendi jekk mhux kuljum imqar f’xi ġurnata minnhom. Matul din il-ġimgħa il-kappella tal-adorazzjoni tingħalaq fis-7 pm.
  2. Nhar is-Sibt fis-6.10 pm L-Ewwel Għasar ta’ Corpus Christi bis-sehem tal-kor Parrokkjali. Fis-6.30 pm quddiesa u wara adorazzjoni.
  3. Nhar il-Ħadd Festa Solenni ta’ Corpus fis-6.10 pm it-Tieni Għasar bis-sehem tal-kor Parrokkjali, Fis-6.30 pm  quddiesa solenni u wara Barka Sagramentali. Dak inhar inħeġġu l-ġenituri biex iġibu t-tfal li għamlu l-ewwel tqarbina.
  4. Infakkrukom li l-Ħadd li ġej nagħmlu l-ġabra speċjai għall-Festa li se tiġi ċċelebratha fl-4 ta’ Lulju. Il-programm tal-Festa se jkun fil-knisja biss u jibda mill-24 ta’ Ġunju. Aktar il-quddiem se nqassmu programm tal-festa lil kulħadd.
  5. Nitolbu għal ruħ George  Galea u Susanna Bartolo li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieh ta’ dejjem.
  6. Ġejna mitlubin mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika sabiex niġbru d-dettalji ta’ dawk li qed isibu xi diffikulta’ sabiex jirreġistraw għat-tilqima tal-vaċċin. Għalhekk dawk li jixtiequ jistgħu jiġi l-uffiċċju parrokkjali it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa bejn id-9.00 am u l-10.00 am u kemm jagħtuna d-dettalji pesonali tagħhom u numru ta’ kuntatt. Aħna mbagħad ngħadduhom lid-dipartiment tas-Saħħa li jieħdu ħsieb huma stess li jikkuntattjaw lin-nies.