Illum fil-Parroċċa San Gejtanu qed tiġi ċċelebrata l-festa parrokkjali. Nawgurawlhom festa sabiħa li tħalli ġid spiritwali.
Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
Nitolbu għal ruħ Anthony Vella, Iris Spiteri, Tarcisio Gatt, Rose Grech u Albert Mifsud li mietu matul dawn il-ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
Il-ġabra bl-envelops għall-festa laħqet is-somma ta’ €3,845 filwat li l-ġabra speċjali f’Jum il-festa laħqet is-somma ta’ €820. Nirringrazzjaw lil kulħadd.
Infakkrukom li l-Ħadd li ġej huwa l-ewwel Ħadd tax-xahar u nagħmlu l-ġabra speċjali għall-parroċċa.