Minn nhar il-Ġimgħa li ġej sal-Ħadd 3 ta’ Ottubru se jiġi organizzat bazaar fis-sala Dun Manwel. Grazzi lilkom ilkoll li tajtu l-kontribut taghkom u ġibtu oġġetti biex jinbiegħu jew tajtu offerti.
Infakkarkom li ħdejn in-niċċa tal-Madonna hemm formoli li intom tistgħu tieħdu magħkom u tiktbu t-talb tagħkom lil Madonna biex intellgħuhom magħna ġewwa Fatima il-Portugal f’Novembru li ġej u noffruhom fil-quddiesa bil-malti li se ssir fis-santwarju ta’ Fatima.
Il-Ħamis 31 ta’ Novembru se nagħlqu x-xahar ta’ Ottubru, ix-xahar tar-Rużarju fi Triq Ċensu Bugeja. Fis-6.00 pm: Quddiesa u fis-6.30 pm Rużarju quddiem Ġesu’ Ewkaristija. Nistieden lil kulħadd biex ningħaqdu flimkien u nagħlqu dan ix-xahar tant għażiż għalina.
Nhar it-Tlieta fis-6.30 pm ser issir laqgħa għall-Ġenituri, Parrini u tat-tfal subien u bniet li se jagħmlu l-Griżma f’Novembru li ġej. Din ser issir fil-Musuem tas-Subien Triq Kanonku Bonnici.
Nhar l-Erbgħa li ġej se jkun hawn fil-Knisja tagħna siegħa ma’ Ġesu’ Ewkaristija. Din se tkun organizzata mill-Kappillan, flimkien mas-Sur Edward Spiteri. Il-ħsieb huwa li din l-Adorazzjoni tibda’ ssir kull tieni Erbgħa ta’ kull xahar. Nibdew fid-9.00 pm sal-10.pm
Fl-aħħar ġimgħa ta’ Ottubru se jiġi organizzat bazaar fis-sala Dun Manwel. Filwaqt li nirringrazzja minn qalbi lil dawk kollha li taw il-kontribut tagħhom f’oġġetti u għotjiet, nistieden lil dawk li għandhom xi pjanti, preserves u oġġetti oħra, biex iġibuhom il-knisja jew l-uffiċċju Parrokkjali. Ħdejn il-bieb ta’ barra hemm qoffa li fiha tistgħu tħallu oġġetti għall-bazaar.
Infakkarkom li ħdejn in-niċċa tal-Madonna hemm formoli li intom tistgħu tieħdu magħkom u tiktbu t-talb tagħkom lil Madonna biex intellgħuhom magħna ġewwa Fatima il-Portugal f’Novembru li ġej u noffruhom fil-quddiesa bil-malti li se ssir fis-santwarju ta’ Fatima.
Nhar il-Ħadd li ġej huwa JUM IL-MISSJONI u għalhekk il-ġbir imur kollu għall-bżonnijiet tal-Missjoni.
Nitolbu għal ruħ David Atkins u Maria Stella White li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
llum il-Ħadd, l-istatwa ta’ San Gejtanu li qegħda fil-knisja tal-patrijiet se joħroġ pellegrinaġġ bis-sehem taż-żewġ baned. Il-purċissjoni se tgħaddi minn quddiem il-Knisja Parrokkjali tagħna. Fl-4.00 pm se jsir talb bis-salmi u wara jibda’ l-pellegrinaġġ.
Nhar l-Erbgħa ser issir l-ewwel laqgħa taċ-Ċentru tal-anzjani fis-Sala Dun Manwel.
Nhar il-Ġimgħa ser issir l-ewwel ftira night għal din is-sena. Biljetti mingħand il-helpers.
Nhar it-Tnejn 7 t’Ottubru hija l-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Dak in-nhar nistedinkom biex nilqgħu l-istedina tal-Papa Franġisku biex insumu u nitolbu r-Rużarju għall-Paċi fid-dinja. Għalhekk ir-Rużarju se nitolbuh mhux biss fil-għaxija qabel il-quddiesa imma wara l-quddiesa tas-6.15 am u tas-7.15 am. Dawk li ma jistgħux jingħaqdu magħna, jitolbu ir-rużarju fid-dar jew f’xi ħin ieħor tal-ġurnata.
Nhar it-Tlieta 15 ta’ Ottubru fis-6.30 pm ser issir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal subien u bniet li se jagħmlu l-Griżma f’Novembru li ġej. Din ser issir fil-Musuem tas-Subien Triq Kanonku Bonnici .
Fl-aħħar ġimgħa ta’ Ottubru se jiġi organizzat bazaar fis-sala Dun Manwel. Dawk li għandhom xi pjanti, preserves u oġġetti oħra li jistgħu jagħtuhom donazzjoni biex jinbiegħu, napprezzaw kull għajnuna. Il-helpers tagħna se jduru ukoll fil-parroċċa biex jiġbru xi preserves biex jinbiegħu .
Il-Parroċċa, flimkien ma’ l-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni se jagħmlu pellegrinaġġ għall-Fatima ġewwa l-Portugal bejn it-12 u s-16 ta’ Novembru bħala parti mill-170 sena mid-Domma ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni u l-45 anniversarju mit-twaqqif tal-istess Għaqda. Dawk li jixtiequ li nwasslulhom it-talb tagħna lill-Madonna, tistgħu tiktbu l-intenzjonijiet tagħkom u titfgħuhom fil-kaxxa li hemm ħdejn il-Madonna biex imbagħad inkunu nistgħu intellgħuhom magħna u noffruhom fil-quddiesa bil-malti li se ssir fis-santwarju ta’ Fatima.
llum, mingħand il-Franġiskani se ssir manifestazzjoni bl-istatwa ta’ San Franġisk fl-okkażjoni tat-800 sena minn meta San Franġisk irċieva l-pjagi mqaddsa ta’ Sidna Ġesu Kristu. Għalħekk wara l-quddiesa tad-9.30 am aħna se noħorġu biex nilqgħu l-istatwa ta’ San Franġisk,noffru bukkett fjuri f’isem il-Parruċċani u nagħmlu talba u kant. Ilkoll mistednin sabiex tattendu għal din l-okkażjoni sabiħa anki bħala apprezzament għax-xogħol li tagħmel il-komunita’ Franġiskana fil-Parroċċa tagħna.
Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni Ewkarisitka wara l-quddies tas-6.30pm.
Nhar l-Erbgħa 25 ta’ Settembru fis-6.00pm se ssir laqgħa fil-Katekumenju għall-genituri u zgħazagħ li se jagħmlu l-Grizma din is-sena subjien u bniet. Dan biex jintroducu progett li qed jaħdem diga li jissejjaħ post cresima fejn zagħzagħ ikomplu jircievu formazzjoni u jiltaqgħu biex jikbru fuq livell uman u spiritwali. Għalkemm il-laqgħa mhix obbligatorja imma nħegġiġkom biex tattendu għal ġid ta’ wliedkom.
Nhar il-Ħadd fil-quddiesa fid-9.30 am se jqaddes l-Isqof ta’ Serena fic-ChiliMons. Henry Balzan flimkien mal-Isqof Awżiljarju Mons.Joseph Galea Curmi. Fiha se jsir it-tberik tat-tfal u l-basktijiet u oġġetti tal-iskola . Għalhekk it-tfal, għalliema, LSEs, Kindergarten Assistants u ġenituri huma mistiedna biex jattendu għal din il-quddiesa. Niltaqgħu fid-9.15 am biex nilqgħuh hekk kif jasal. Wara l-quddiesa, inkomplu b’attivita’ għal kulħadd fi Pjazza Kappillan Muscat. Il-quddiesa se tkun trasmessa fuq
Is-Superjur tal-Museum jixtieq javża li t-Tnejn 30 ta’ Settembru 2024 ser jibdew il-klassijiet il-ġodda, dwar ġranet u ħinijiet jista jara fuq in-Notice Board tal-knisja jew fuq il-Facebook: Museum Subien Ħamrun.
U s-Superjura tal-Museum bniet, tavza li l-lezzjonijiet se jibdew it-Tnejn 7 t’Ottubru. Nistedinnkom taraw fin-notice board id-dettalji.
Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali għall-anzjani Il-Caritas qed tistieden lill-anzjani tal-parroċċi għall-quddiesa li ser issir nhar it-Tlieta 1 ta’ Ottubru fil-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal il-Ġdid fil-11.00 am . Ser jiġi organizzat transport minn fejn il-knisja li jitlaq fl-10.00 am . Dawk li huma interessati jħallu isimhom fis-sagristija jew l-uffċċju parrokkjali, jew mal-ħelpers.
Il-Parroċċa, flimkien ma’ l-Għaqda Muzżikali Immakulata Kunċizzjoni se jagħmlu pellegrinaġġ għall-Fatima ġewwa l-Portugal bejn it-12 u s-16 ta’ Novembru bħala parti mill-170 sena mid-Domma ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni u l-45 anniversarju mit-twaqqif tal-istess Għaqda. Dawk li jixtiequ li nwasslulhom it-talb tagħna lill-Madonna, tistgħu tiktbu l-intenzjonijiet tagħkom u titfuhom fil-kaxxa li hemm ħdejn il-Madonna biex imbagħad inkunu nistgħu intellgħuhom magħna u noffruhom fil-quddiesa bil-malti li se ssir fis-santwarju ta’ Fatima.
Fl-aħħar ġimgħa ta’ Ottubru se jiġi organizzat bazaar fis-sala Dun Manwel . Dawk li għandhom xi pjanti u oġġetti oħra li jistgħu jagħtuhom donazzjoni biex jinbiegħu, napprezzaw kull għajnuna.
Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni Ewkarisitka wara l-quddiesa tas-6.30 pm
Issa li tfal daqt jibdew l-iskola, nhar il-Ħadd 29 ta’ Settembru se jkollna okkażjoni sabiħa għalihom. Se nagħmlu quddiesa fid-9.30 am animata għalihom. Dakinhar se jqaddes l-Isqof ta’ Serena fic-Chili Mons. Henry Balzan. Fiha se jsir it-tberik tat-tfal u l-basktijiet u oġġetti tal-iskola . Għalhekk it-tfal , għalliema, LSEs, Kindergarten Assistants u ġenituri huma mistiedna biex jattendu għal din il-quddiesa. Niltaqgħu fid-9.15 am biex nilqgħuh hekk kif jasal. Wara l-quddiesa, inkomplu b’attivita’ għal kulħadd fi Pjazza Kappillan Muscat. Il-Quddiesa se tkun trasmessa fuq TVM.
Il-Parroċċa, flimkien ma’ l-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni se jagħmlu pellegrinaġġ għall-Fatima ġewwa l-Portugal bejn it-12 u s-16 ta’ Novembru bħala parti mill-170 sena mid-Domma ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni u l-45 anniversarju mit-twaqqif tal-istess Għaqda. Dawk li jixtiequ li nwasslulhom it-talb tagħhom lill-Madonna, tistgħu tiktbu l-intenzjonijiet tagħkom u titfuhom fil-kaxxa li hemm ħdejn il-Madonna biex imbagħad inkunu nistgħu intellgħuhom magħna u noffruhom fil-quddiesa bil-malti li se ssir fis-santwarju ta’ Fatima.
Bħalissa għandna fostna r-relikwija ta’ parti mill-ġebel tal-għolja ta’ Laverna, il-post fejn San Franġisk, 800 sena ilu eżatt, irċieva l-pjagi mqaddsa ta’ Sidna Ġesu’ Kristu. Din se tagħmel ġimgħa magħna sal-Ħadd meta se jsir pellegrinaġġ mingħand il-Patrijiet Franġiskani, bl-istatwa ta’ San Franġisk mat-toroq tagħna. Dak in-nhar ir-relikwija tittieħed mill-Knisja tagħna għal għand il-Patrijiet Villambrosa. Il-Programm tal-festi li se jagħmlu l-Franġiskani qiegħed fin-notice board.
Nitlob lil ġenituri tat-tfal subien u bniet li se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof fit-3 ta’ Novembru li ġej biex jiġu jirreġistraw it-tfal fl-uffiċċju Parrokkjali. Importanti li ġġibu magħkom iċ-ċertifikat tat-twelid il-kbir u ċ-ċertifikat tal-magħmudija (jekk ma jkunux tgħammdu fil-Parroċċa tagħna). Il-ħinijiet tal-Uffiċċju huwa nhar ta’ Tnejn mid-9.00 am ‘il quddiem u nhar ta’ Ġimgħa mill-4.30 pm ‘il quddiem. Is-Sagrament tal-Griżma se jiġi amministrat mill-E.T. Mons. George Frendo.
Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni Ewkarisitka wara l-quddiesa tas-6.30 pm
Min nixtieq jiġi il-pasta night fil-Euroclub Hotel il-Qawra nhar il-Ġimgħa jibbukkja sa nhar l-Erbgħa. Se ssir ukoll ftit tombla u se jkun hemm entertainment minn Fabrizio Faniello. Ikollna it-trasport fis-7 pm minn fejn il-knisja. Dawk li jixtiequ jibbukkjaw jistgħu ikellmu lil kappillan jew xi ħadd mill-helpers jew fl-uffiċċju parrokkjali. Inħeġġiġkom biex tattendu biex nieħdu gost flimkien u fl-istess ħin tkunu qed tgħinuna biex intaffu l-ispejjez li għandna tax-xogħol li qed isir. Grazzi ħafna.
Nitlob lil ġenituri tat-tfal subien u bniet li se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof fit-3 ta’ Novembru li ġej biex jiġu jirreġistraw it-tfal fl-uffiċċju Parrokkjali. Importanti li ġġibu magħkom iċ-ċertifikat tat-twelid il-kbir u ċ-ċertifikat tal-magħmudija (jekk ma jkunux tgħammdu fil-Parroċċa tagħna). Il-ħinijiet tal-Uffiċċju huwa nhar ta’ Tnejn mid-9.00 am ‘il quddiem u nhar ta’ Ġimgħa mill-4.30 pm ‘il quddiem. Is-Sagrament tal-Griżma se jiġi amministrat mill-E.T. Mons.George Frendo.
Nhar il-Ħadd li ġej 15 ta’ Settembru fil-quddisa tad-9.30 am se tinġieb fostna r-relikwija ta’ parti mill-ġebel tal-għolja ta’ Laverna, il-post fejn san Franġisk, 800 sena ilu eżatt, irċieva l-pjagi mqaddsa ta’ Sidna Ġesu’ Kristu. Din se tagħmel ġimgħa magħna sal-Ħadd ta’ wara meta se jsir pellegrinaġġ mingħand il-Patrijiet Franġiskani, bl-istatwa ta’ San Franġisk mat-toroq tagħna. Dak in-nhar ir-relikwija tittieħed mill-Knisja tagħna għal għand il-Patrijiet Villambrosa. Il-Programm tal-festi li se jagħmlu l-Franġiskani qiegħed fin-notice board.
Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, ikun hawn ħin t’Adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
Il-parroċċa se torganizza pasta night fil-Euroclub Hotel il-Qawra nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Settembru. Se jsir ukoll ftit tombla u se jkun hemm entertainment minn Fabrizio Faniello. Ikollna it-trasport fis-7pm minn fejn il-knisja. Dawk li jixtiequ jibbukkjaw jistgħu jkellmu lil kappillan jew xi ħadd mill-helpers jew fl-uffiċċju parrokkjali. Inħeġġiġkom biex tattendu biex nieħdu gost flimkien u fl-istess ħin tkunu qed tgħinuna biex intaffu l-ispejjeż li għandna tax-xogħol li qed isir. Grazzi ħafna.
Nitlob lil ġenituri tat-tfal subien u bniet li se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof fit-3 ta’ Novembru li ġej biex jiġu jirreġistraw it-tfal fl-uffiċċju Parrokkjali. Importanti li ġġibu magħkom iċ-ċertifikat tat-twelid il-kbir u ċ-ċertifikat tal-magħmudija (jekk ma jkunux tgħammdu fil-Parroċċa tagħna). Il-ħinijiet tal-Uffiċċju huwa nhar ta’ Tnejn mid-9.00 am ‘il quddiem u nhar ta’ Ġimgħa mill-4.30 pm ‘il quddiem. Is-Sagrament tal-Griżma se jiġi amministrat mill-ET Mons. George Frendo.
Nitolbu għar-ruħ Emanuela (Lily) Theuma li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiħa Mulej il-midtrieħ ta’ dejjem.
Nhar il-Ħamis f’għeluq l-45 anniversarju mit-twaqqif tal-Banda Immakulata Kunċizzjoni, se ssir quddiesa fil-pjazza ta’ quddiem il-Każin fis-6.30 pm. Nistieden lil kulħadd biex jingħaqad magħna għal din il-quddiesa. Wara ssir bibita.
Nhar Il-Ġimgħa fl-istess pjazza ta’ quddiem il-Każin se ssir attivita’ multikulturali. Se tkun festa ta’ inklużjoni u se jkun hemm ċans li dduqu ikel minn diversi pajjiżi flimkien ma’ mużika tradizzjonali. Kulħadd mistieden biex nieħdu gost flimkien, f’ambjent sabiħ u ta’ ċelebrazzjoni.
Il-parroċċa se torganizza pasta night fil-Euroclub Hotel il-Qawra nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Settembru. Se jsir ukoll ftit tombla u se jkun hemm entertainment minn Fabrizio Faniello. Ikollna it-trasport fis-7pm minn fejn il-knisja. Dawk li jixtiequ jibbukkjaw jistgħu ikellmu lil kappillan jew xi ħadd mill-helpers jew fl-uffiċċju parrokkjali. Inħeġġiġkom biex tattendu biex nieħdu gost flimkien u fl-istess ħin tkunu qed tgħinuna biex intaffu l-ispejjeż li għandna tax-xogħol li qed isir. Grazzi ħafna.
Nitolbu għal ruħ Joseph Conti li miet matul din il-ġimgħa. Agħtiħ Mulej il-misrieħ ta’ dejjem.
Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6.30 pm
Il-parroċċa se torganizza pasta night fil-Euroclub Hotel il-Qawra nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Settembru. Se jkollna t-trasport fis-7 pm minn fejn il-knisja. Dawk li jixtiequ jibbukkjaw jistgħu ikellmu lil kappillan jew xi ħadd mill-helpers jew fl-uffiċċju parrokkjali.
F’għeluq l-45 anniversarju mit-twaqqif tal-Banda Immakulata Kunċizzjoni, se ssir quddiesa fil-pjazza ta’ quddiem il-Każin nhar il-Ħamis, 29 ta’ Awwissu fis-6.30 pm. Nistieden lil kulħadd biex jingħaqad magħna għal din il-quddiesa. Il-quddiesa ta’ filgħaxija fil-Knisja ma ssirx. Wara ssir bibita.
Is-Sibt 30 t’Awwissu, fl-istess pjazza ta’ quddiem il-Każin se ssir attivita’ multikulturali. Se tkun festa ta’ inklużjoni u se jkun hemm ċans li dduqu ikel minn diversi pajjizi flimkien ma’ mużika tradizzjonali. Kulħadd mistieden biex nieħdu gost flimkien, f’ambjent sabiħ u ta’ ċelebrazzjoni.
Infakkarkom li minn nhar it-Tlieta filgħaxija, il-quddies se jibda’ jkun fis-Sala Dun Manwel, minħabba li fil-Knisja se jkun għaddej ix-xogħol fuq il-koppla. Fil-weekend, jiġifieri s-Sibt filgħaxija u l-Ħadd, se nippruvaw li nagħmlu l-quddiesa fil-Knisja. Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom u nittamaw li ma ndumux.
Nitolbu għal ruħ Natalina Sammut, Marisa Cauchi u Lawrence Piscopo li mietu matul dawn il-ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Illum qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Gejtanu. Nawguraw minn qalbna lill-Arċipriet Dun Walter, is-Saċerdoti u l-Parruċċani kollha, li din il-festa tħalli ġid spiritwali.
Nhar Il-Ħamis hija s-Solennita’ tat-Tlugħ fis-Sema ta’ Ommna Marija. Infakkru li hija festa bl-obbligu tal-quddies. Il-Quddiesa ta’ l-Erbgħa filgħaxija u l-ġurnata tal-Ħamis jkun bħal ta’ nhar ta’ Ħadd.
Nhar il-Ġimgħa jaħbat is-61 sena minn mindu nfetħet il-Knisja tagħna u saret fiha l-ewwel quddiesa mmexxija mill-E.T. Mons. Isqof Emanuel Galea. Għalhekk ikun xieraq li nirringrazzjaw lil Alla tal-ġid kollu li sar f’din il-Knisja matul is-snin u nitolbu li l-Parroċċa tagħna tkun komunita’ ħajja ta’ fidi.
Jekk Alla jrid, nhar l-Erbgħa 21 ta’ Awwissu se jibda’ x-xogħol tal-koppla minn ġewwa. Minn dak in-nhar il-quddies ta’ matul il-ġimgħa se jibda’ jsir fis-sala Dun Manwel minħabba l-periklu li jista’ jkun hawn fil-Knisja u wkoll biex ix-xogħol ikun jista’ jibda’ jsir minn kmieni filgħodu u għalhekk ma ntawwlux bla bżonn. Iżda fil-weekend, jiġifieri is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd isir il-quddies fil-Knisja bħas-soltu. Minn dak in-nhar, ma jkunux jistgħu isiru funerali fil-Parroċċa. Niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent, imma qed nagħmlu ħilitna biex ix-xogħol jitlesta malajr kemm jista jkun. U grazzi tal-koperazzjoni tagħkom.