Nhar it-Tlieta ser ikompli t-tberik fiTriq Oscar Zammit u nhar l-Erbgħa Triq Roger Debattista. It-tberik jibda fl-4.30 pm.
Nhar il-Ħamis, lejliet il-festa tad-Duluri, ser issir Ċelebrazzjoni Penitenzjali bil-qrar. Fil-5.00 pm se jkollna ċelebrazzjoni għat-tfal. Nfakkru lit-tfal biex iġibu l-karus ta’ l-imħabba magħhom. Fis-5.45 pm issir Ċelebrazzjoni oħra għal kulħadd. Fis-6.30 pm ikollna l-quddiesa. Inħeġġu lil dawk kollha li jistgħu sabiex jersqu għas-sagrament tal-qrar fejn se jkollna numru ta’ saċerdoti disponibbli.
Nhar il-Ġimgħa hija l-Festa għażiża tad-Duluri. Il-ħinijiet tal-quddies jkunu hekk: fis-6.00; 7.15; 8.15; u quddiesa f’nofsinhar speċjamment għall-ħaddiema. Filgħaxija jkollna quddiesa fil-6.30 p.m. u wara jsiru riflessjonijiet fuq id-Duluri. Il-Purċissjoni tad-Duluri se ssir il-Ħadd ta’ wara – 10 t’April – Ħadd il-Palm fil-5:00 pm. Il-purċissjoni se tgħaddi minn Triq Manwel Magri,Triq Joe Sciberras, Triq Alexander, Triq Nuzzo,Triq id-Duluri u Triq Manwel Magri. Wara jkun hemm il-quddiesa tas-6.30 pm bħas-soltu.
Nhar is-Sibt, fis-6.00pm issir il-Via Sagra, u fis-6.30 pm quddiesa.
Nhar il-Ħaddniċċelebraw Ħadd il-Palm. Il-Funzjoni tat-tberik tal-friegħi taż-Żebbuġ u l-palm issir fil-bitħa tas-sorijiet tal-Eġittu, fid-9.00 am, minn fejn tibda l-Purċissjoni għall-Knisja parrokkjali. Fid-9.30 a.m. jkollna l-quddiesa. Filgħaxija fil-5:00 pm. Purċissjoni bl-istatwa għażiża tad- Duluri. Il-purċissjoni se tgħaddi minn Triq Manwel Magri, Triq Joe Sciberras, Triq Alexander, Triq Nuzzo, Triq id-Duluri u Triq Manwel Magri. Wara jkun hemm il-quddiesa tas-6.30 pm bħas-soltu.
Min-nhar il-Festa tad-Duluri sal-Ġimgħa l-Kbira, s-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika qed iniedi Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju. Ħdejn id-Duluri hemm kaxxa apposta u nħeġġukom biex tkunu ġeneruzi u tagħtu l-kontribuzzjoni tagħkom b’risq dawk li huma fil-bżonn.
Għal matul ir-randan, qegħdin niġbru preserves u donazzjonijiet għad-Dar tal-Providenza. Bħal kull sena, it-Tnejn, l-għada tal-Għid, fil-quddiesa tas-6.30 pm se jkollna fostna persuni bi bżonnijiet speċjali u se nagħtuhom figolla kull persuna. Inħeġġukom ukoll sabiex toffru figolla għal dawn ħutna.
Il-Weekend li ġej nagħmlu l-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-Knisja.
Nitolbu għal ruħ Sammy Cauchi li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Nhar it-Tlieta ser ikompli t-tberik fiTriq Misraħ-il Barrieri minn Triq Lord Byron sal-pjazza u nhar l-Erbgħa Triq Misraħ-il Barrieri mill-pjazza l-isfel. It-tberik jibda fl-4.30 pm.
L-Arċisqof iħeġġeġ lill-insara kollha sabiex nhar il-Ġimgħa noffru ġurnata sawm u talb sabiex iż-żjara tal-Papa tħalli frott fil-Knisja Maltija. Nhar il-Ġimgħa, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija ser ikun hawn l-aħħar laqgħa ta’ Lectio Divina li fiha nagħmlu riflessjoni u preparazzjoni għall-Ħdud tar-Randan. Dak inhar mhux se jkun hawn adorazzjoni.
Nhar is-Sibt, fis-5.45 pm Via Sagra, fis-6.10 pm jitkanta l–Għasar u fis-6.30pm quddiesa.
Nixtiequ ninfurmawkom li nhar il-Ħadd li ġej, Papa Franġisku se jmexxi quddiesa solenni fuq il-Fosos, il-Furjana fl-10.15 am li tiġi trasmessa fuq il-mezzi tax-xandir. Navżaw li dakinhar il-quddies filgħodu se jkun BISS fis-6.30 am u fit-8.00 am. Filgħaxija jkollna l-aħħar quddiesa fis-6.30 pm.
Nhar is-Sibt il-Papa wara li jasal fl-ajruport fl-10.00 am jitlaq lejn il-Belt u se jgħaddi mill-Blata-l Bajda. Il-Ħadd il-Papa jitlaq mir-Rabat fid-9.10 am lejn il-fosos tal-Furjana u se jgħaddi minn Strada Rjali l-Ħamrun. Ħdejn il-Kappella tal-Blata l-Bajda se jibdel il-karozza għal Pope Mobile. Inħeġġu lil kulħadd biex jagħtih merbħa kif jixraq.
Għal matul ir-randan, minn din il-ġimgħa se nibdew niġbru preserves u donazzjonijiet għad-Dar tal-Providenza. Bħal kull sena se niġbru ukoll il-figolli. Dawn se jingħataw lill-persuni b’diżabilita’ tal-parroċċa u lil familjari li jieħdu ħsiebhom.
Nixtiequ navżawkom li l-purċissjoni tad-Duluri se ssir il-Ħadd 10 ta’ April fil-5 pm . Wara jkun hemm il-quddiesa tas-6.30 pm bħas-soltu.
Navżaw li mill-ġimgħa 8 ta’ April sal-Ġimgħa l-Kbira se ssir il-Ġimgħa ta’ sagrifiċċju u jinġabru għotjiet f’kaxex apposta ħdejn il-biebien tal-Knisja. Dawn il-flus jingħataw lill-fond tal-Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika sabiex jiġu mgħejuna familji fil-bżonn.
Nitolbu għal ruħ Joseph Cutajar li miet matul dawn il-ġranet. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Nhar it-Tlieta se jkompli t-tberik fi Triq il-Franġiskani mill-ħajt tas-Sorijiet tal-Eġittu l-isfel u nhar l-Erbgħa fi Triq il-Frangiskani in-naħa tal-flats l-isfel . It-tberik jibda fl-4.30 pm. Matul il-ġranet li ġejjin se nkomplu nqassmu l-programm tat-tberik fit-toroq l-oħra.
Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
Nhar il-Ġimgħa, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija ser ikun hawn it-tieni laqgħa minn 3 ta’ Lectio Divina li fiha nagħmlu riflessjoni u preparazzjoni għall-Ħdud tar-Randan.
Nhar is-Sibt, fis-5.45 pm issir il-Via Sagra, fis-6.10 pm jitkanta l–Għasar u fis-6.30 pm quddiesa.
Għal matul ir-randan, minn din il-ġimgħa se nibdew niġbru preserves u donazzjonijiet għad-Dar tal-Providenza.
Navżaw li l-parroċċa s’issa għaddiet is-somma ta’ €2,547 lil Caritas ghall-fond ta’ l-Ukraina. Dawk li jixtiequ jagħtu donazzjoni jistgħu jagħmlu dan sat-30 ta’ dan ix-xahar.
Il-gabra bl-envelopes għall-ewwel ġabra għall-Festa Parrokkjali laħqet is-somma ta’ €1,670. Nirringrazzjaw lil kulħadd.
Nhar is-Sibt u l-Hadd li ġej se nagħmlu ġabra speċjali għas-Seminarju.
Nixtiequ ninfurmawkom li nhar il-Ħadd 3 t’April, minħabba l-quddiesa tal-Papa Franġisku fuq il-Fosos, il-quddies filghodu se jkun fis-6.30 am u fit-8.00 am. Filgħaxija jkollna quddiesa fis-6.3pm.